L-Importanza tal-Kura Informali
Minn huma dawk li jieħdu ħsieb lil xi persuna fil-bzonn, jew x’ infissru b’ Carer. It-tifsira ta’ “Carer” tieħu xejra differenti meta narawha f’ kuntesti differenti bħal dawk ta’ l-eta, relazzjoni fil-familja, is-sess tal-persuna, l-etniċita, u l-karateristiċi ta’min qiegħed jirċievi din l-għajnuna.
L-Assoċjazjoni Ewropeja, Eurocarers, tħaddan li “carer” hija dik il-persuna li tipprovdi għajnuna mingħajr ħlas lil xi persuna li għandha marda kronika, jew diżabilita, jew xi forma oħra ta’ diffikulta ta’ saħħa jew ħtieġa oħra dejjiema, u li tagħmel dan barra xi entita professjonali jew qafas ieħor simili.
Aspetti Leġali Għall- Professjonisti
Din is-sezzjoni titratta dwar l- aspetti leġali u l-etiċi li għandhom jiġu ikkunsidrati waqt il-ħidma tal-professjonisti mal-anzjan u saħansitra mal-carer tal-familja.
Il-Piż Tal-Professjonisti Tal-Ġestjoni Tal-Kura
“Ħdimt bħala social worker f’ċentru tal-kura ta’ matul il-ġurnata għal ħames snin issa. Is-sena l-oħra, irrealizzajt li, qomt burdata ħazina ħafna u ma rridx immur l-uffiċċju. Malli nasal ix-xogħol inħossni eżawsta u mixruba, daqs li kieku ilni naħdem siegħat. Kuljum niddiskuti u nipprovdi counseling lil iktar minn ħmistax-il carer ta’ nies bid-dimensja, wiċċ imb’wiċċ u bit-telefon. Tul dawn l-aħħar xhur, beda jkolli sentimenti negattivi lejn dawn in-nies u ma niflaħx nisma’ t-tħassib u l-bżonnijiet tagħhom. Nipprova nlesti l-appuntamenti iżjed kmieni mis-soltu u nipprova nipposponi appuntamenti ġodda, fejn hu possibbli. Qed naħseb li fallejt fl-irwol tiegħi stess, ma nħossnix effettiva u sikwit nevita li nikkontribwixxi għad-diskussjonijiet ma kollegi oħra. Inħoss li m’hemmx soluzzjoni għall-problema tiegħi għax ma nistax nieqaf u nitlaq u m’hemm imkien iktar fejn nista’ naħdem.”
Dwar il-pjattaforma
SOS Malta
SOS-Malta ġiet imwaqqaf fl- 1991 bl-iskop li tgħin dawk in-nies li jkun għaddejjin min esperjenzi ta krisi, billi tassisti u tagħti s-setgħa lil dak li jkun, billi tipprovdi opportunitajiet u sapport f’servizzi. Din l-assoċjazzjoni taħdem flimkien ma’ organizzazzjonijiet kemm lokali u internazzjonali, biex gruppi soċjalment żvantaġġat, itejjebu l-qualita’ tal-ħajja tagħhom. SOS Malta taħdem fuq erba’ pilastri