Minn huma dawk li jieħdu ħsieb lil xi persuna fil-bzonn, jew x’ infissru b’ Carer. It-tifsira ta’ “Carer” tieħu xejra differenti meta narawha f’ kuntesti differenti bħal dawk ta’ l-eta, relazzjoni fil-familja, is-sess tal-persuna, l-etniċita, u l-karateristiċi ta’min qiegħed jirċievi din l-għajnuna.

 

L-Assoċjazjoni Ewropeja, Eurocarers, tħaddan li “carer” hija dik il-persuna li tipprovdi għajnuna mingħajr ħlas lil xi persuna li għandha marda kronika, jew diżabilita, jew xi forma oħra ta’ diffikulta ta’ saħħa jew ħtieġa oħra dejjiema, u li tagħmel dan barra xi entita professjonali jew qafas ieħor simili.

 

Milli jidher in-nisa huma l-aktar li jieħdu fuq spallejhom responsabilitajiet ta’ kura lejn ħaddiehor fil-bżonn, u għalhekk jagħtu kura aktar intima mill-viċin.(1) Skont it-Tielet Survey Ewropew għall-kwalita ta’ ħajja, il-maġġoranza ta’ persuni li taw għajnuna li xi persuni anzjani għal xi darba jew tnejn fil-gimgħa kienu dawk ta’ bejn l-eta ta’ ħamsin sa erbgħa w sittin sena (Għoxrin fil-mija), u warajhom kienu dawk ta’ bejn il-ħamsa u tletin sa disgħa u erbgħin sena (Sbatax fil-mija).

Dawn il-persuni li jagħtu għajnuna informali kif diskritta hawn fuq ibagħtu wkoll minn diffikultajiet psikologiċi, fiziċi, soċjali u finanzjarji b’riżultat tal-kura li jagħtu. Il-piz ta’ din l-għajnuna huwa rifless fil-mod ta’kif il-persuna kkonċernata taffronta ix-xogħol tagħha u kif ukoll tkun affetwata mill-bżonnijiet tagħha nnifisa, kif ukoll mill-aġir tal-pazjent jew mill-problemi mentali u mis-sapport soċjali u ta’l-appoġġ tal-familja.

 

Il-piz ta’ l-għajnuna jew kura huwa rifless ukoll minn fatturi oġġettivi bħal ma huwa ż – żmien li l-persuna tieħu fix-xogħol tagħha u fil-kwalita u numru ta’ xogħlijiet li l-persuna jkollha tagħmel.

Bħala eżempju nistgħu ngħidu li hemm differenza ġmiela milli tiegħu ħsieb ta’persuna anzjana fil-bidu nett ta’ marda progressiva għal meta qiegħed tieħu kura ta’ persuna maqbuda fi stadju aktar avvanzat tal-marda. F’kull stadju ta’ marda progressiva l-persuni li qegħdin jagħtu xi forma ta’ għajnuna jew kura jistgħu jorganizzaw il-mod ta’ kura f’modi differenti, bħal meta persuna tkun lesta taċċetta l-appogg tal-familja jew ta’ professjonisti oħra hekk kif il-marda timxi l’ quddiem, imma f’sitwazzjoni oħra l-persuna kkonċernata tkun lesta li erbgħa u għoxrin siegħa fil-gimgħa mingħajr appoġġ minn x’imkien ieħor.

 

 

empju ta’kaz (1)

John kien ilu jieħu ħsieb lil martu, Mary għal seba’snin. Kien ilu pensjonant għal aktar minn għaxar snin, b’dana kollu minn mindu Mary skopriet li kellha l-marda ta’ l-Alzheimer, John ta l-attenzjoni u l-energija kollha tiegħu biex jieħu ħsieb lil Mary. John m’għandhux appoġġ minn għand ħbieb jew membri tal-familja, u l-aħħar darba li kien tkellem ma ħabib tiegħu kien xi sentejn ilu. Is-sena li għaddiet, John beda jsofri minn uġiegħ ta’ ras kontinwu, minn nuqqas ta’ rqad u saħansitra ma kellux l-iċken motivazzjoni li jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Hu ddiskriva lilu nnifsu bħala persuna dipressiv. Ftit taż-żmien ilu mar jara lit-tabib tal-familja u saqsa’ għal għajnuna.

 

 

Ir-rwol ta’ min jieħu ħsieb lil ħaddiehor fil-bżonn

L-att li tieħu ħsieb lil xi ħadd fil-bżonn huwa wieħed ikkumplikat. L-ewwelnett hemm il-fatt li bosta “carers” ma jħobbux jissejħu ‘carers’ u jaraw lilhom nnfushom bħala estensjoni tar-rwol tal-mara, tar-raġel, it-tifel jew it-tifla eċċ.

Ir-relazzjoni ta bejn il-carer u il-persuna li tkun qeda tirċievi l-għajnuna kontinwament tinbidel hekk kif il-marda timxi ‘l quddiem u hija affetwata mill-kwalita ta’ relazzjoni li kien hemm qabel ma tfaċċat il-marda.

 

Eżempju ta’ kaz(2)

Anna, minn meta għalqet l-erbgħin sena, kellha relazzjoni ferm ħażina ma’ żewġha, Ġorg. Ġorg beda jbagħti mid-Dimenzja meta għalaq l-ħamsa u sittin sena.  Anna kemm il-darba lmentat mal-‘carer’ professjonali tas-saħħa li hi ma setgħetx aktar tikkontrolla r-rabja tagħha, meta żewġha kien ta’ spiss jinsa u jerġa jirrepeti ruħu. Anna, xi minn daqqiet kienet tkun abbuiżva lejn żewġha.

Biċċa għodda interessanti li biha wieħed jista jagħti xi forma ta’ tifsira lejn l-aspetti psikologiċi u emozzjonali tad-dimensjoni ta’ ‘caregiving’, hija dik li tissejjaħ l-‘’Stress Process Model’’ (SPM) deskritt minn Perlin (3). SPM jinkludi numru ta’ fatturi differenti bħal dawn imsemmija hawn:

  • Il-‘carer’ u dik il-persuna li se tirċievi l-appoġġ. Minn liema aspett ta’ ħajjithom (eta, edukazjoni, ħajja flimkien, sess, storja u għeruq tal-familja) ġejjin.
  • l-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum
  • diżgwid fil-familja
  • diffikultajiet finanzjarji
  • ħajja soċjali pjuttost fqira
  • L-istima li wieħed għandu għalih innifsu, jitlef is-sens tiegħhu nnifsu, kompitenza, strateġiji biex timmanġija u aspetti ohrajn, li għandhom impatt psikologiku fuq il-mod ta kif il-carer ikun qiegħed jesperjenza l-perjodu t’għajnuna li jkun qed jagħti.

 

Il-Kura Informali Fl-Ewropa

 

Is-servizzi pprovduti mid-Dipartimenti tas-Saħħa kif ukoll dawk tas-Servizzi Soċjali, meta dawn huma wkoll ikkombinati mas-servizz tal-kura informali, jagħti lok għal ħafna sfidi. F’ħafna mill-pajjiżi Ewropeji li jagħmlu parti mill-Unjoni, u speċjalment dawk tal- punent ta’ l-Ewropa, policies ġew imfassla biex jibbilanċjaw dak li hija kura formali u li tieħu ċertu żmien twil ma’ dik informali.

Il-mudel Skandinavu, per eżempju, jipprovdi livell għoli ferm tas-servizz mogħti minn ‘carers’ informali.  Barra minn hekk, fl-Ingilterra, l-Irlanda u l-Olanda, taw ċertu drittijiet speċjali lil ‘c arers’ informali tagħhom.

Fir-Renju Unit, bl-Att ta’l-2004 (L-Equal Opportunities Act) –Opportunitajiet Indaqs, dawk li huma ‘carers’ mill-familja ingħataw rikonoxxament u drittijiet legali.

Fil-pajjizi Ewropej tal-Lvant u dawk tan-Nofs in-Nhar, ir-rwol ta’ dawk li jieħdu ħsieb xi membru tal-familja fil-bżonn mhuiex rikonoxxut u ħafna drabi huwa mċajpar bl-obbligazjoni kwazi kostretta li membru tal-familja jrid jieħu ħsieb lil xi membru tagħha fil-bżonn.

 

 

Għal aktar qari (kuntatti)

Eurocarers factsheets (http://www.eurocarers.org/library_factsheets.php)

Eurofamcare report (http://www.eurocarers.org/library_factsheets.php)

Interlinks report on long term care (http://interlinks.euro.centre.org)

 

References

1 Glendinning, C.& Bell, D., (2008), Rethinking social care and support: What can England learn from other countries? .View point, November 2008, York: Joseph Rowntree Foundation.

2Eurofound (2012) Third European quality of life survey-Quality of Life in Europe: Impact of the crissi, Luxembourg: Publications Office of the European Union

3Pearlin, L.I., Mullan, J.T., Semple, S.J et al (1990). Caregivers and the stress process: an overview of concepts and their measures. The Gerontologist, 30:583-594