Din is-sezzjoni titratta dwar l- aspetti leġali u l-etiċi  li għandhom jiġu ikkunsidrati waqt il-ħidma tal-professjonisti mal-anzjan u saħansitra mal-carer tal-familja.

 

Hawn taħt għandek issib deskrizzjoni taż-żewġ sezzjonijiet:-

  • Leġiżlazzjoni u Drittijiet tal-Reċipjenti tal-Kura – tiffoka fuq il-providiment li tinforma il-professjonisti fuq aspetti leġali li għandhom jiġu ikkunsidrati fil-ħidma mal-reċipjenti tal-kura; inkluż ukoll liġijiet u regoli li għandhom x’jaqsmu mad-dignita u privatezza tar-reċipjenti tal-kura.

 

  • Il-Provediment ta’ Informazzjoni Leġali lil Carers – tiffoka fuq il-providiment li tinforma il-professjonisti kif għandhom jirrelataw mal-carer jew l-familja tal-pazjent. Hawn ħa sibu   liġijiet u kodiċi t’etika tal-professjonisti. Imsemmija ukoll id-document li tiffokka fuq id-drittijiet u l-obbligi tar-Residenti fid-Djar tal-Anzjani li għandhom x’jaqsmu mad-dignita u privatezza tar-reċipjenti tal-kura.