L-għoti tal-Kura u l-Karriera Tiegħek: Kif teddestreġġa il-Ġimgħa 24/7

Susan tibda l-jum tagħha fil-5 a.m sabiex ikollha ftit mumenti waħedha biex tikteb fuq il-ġurnal tagħha. Imbagħad, tibda: Tlesti ruħha għax xogħol, tqajjem lil ommha, tistenna l-aide tas-saħħa d-dar, taġġorna l-aide dwar il-lejl ta’ qabel, tiċċekkja mar-raġel tagħha dwar liema qadjiet iridu jagħmlu kull wieħed minnhom f’nofsinhar, u finalment titlaq fis-7 a.m.

Titlaq id-dar, imma ġġorr l-inkwiet magħha. Għal kemm aktar ser ikunu kapaċi jibqgħu jżommu l-aide tas-saħħa d‑dar? Kif ser tmur ommha bil-mediċini l-ġodda? Meta hi u r-raġel tagħha ser ikollhom ftit ħin tant meħtieġ għalihom? Kemm ser iddum l-imgħallem tagħha ma jgħejja bit-talbiet tagħha għal waqfiet akbar f’nofsinhar u ġurnata tax-xogħol li tispiċċa qabel?

Susan għamlet l-aħjar li setgħet biex torqod għal 7 sigħat il-lejl li għadda, imma l-inkwiet baqa’ jiżen fuqha b’tant saħħa li ħassitha li qisu ilha ma torqod is-snin.

Skont il-2006 MetLife Caregiving Cost Study fl-Istati Uniti, sponsorjat minn MetLife Mature Market Institute u n‑National Alliance for Caregiving, tal-anqas 6 minn kull 10 caregivers tal-familja impjegati jagħmlu aġġustamenti marbuta max-xogħol minħabba r-responsabilitajiet tagħhom fl-għoti tal-kura.  9% jitilqu il-workforce u 10% inaqqsu s-sigħat tagħhom minn full-time għal part-time.

L-għoti tal-kura huwa diffiċli. L-għoti tal-kura u x-xogħol huma tassew ibsin. Aħna noffru xi suġġerimenti ta’ malajr, u sempliċi sabiex jgħinuk tiġġestixxi żewġ rwoli li jistgħu jikkomplikawlek ħajtek. Nisperaw li s-suġġerimenti jgħinuk tiġġestixxi l-esperjenzi tiegħek sabiex ikollok l-inqas dispjaċir.

Il-ġestjoni ta’ responsabiltajiet fl-għoti tal-kura waqt li tmexxi negozju jisgħu jagħmlu jum wieħed jidher bħal tnejn. Ġbarna xi suġġerimenti għal detenturi ta’ negozji żgħar involuti fi rwol ta’ għoti ta’ kura:

  1. Oħloq Dikjarazzjoni dwar il-Missjoni ta’ Forniment ta’ Kura li tintegra l-missjoni tiegħek għan-negozju. Sabiex ngħinuk tibda, żur hawn.
  2. Peress li l-għoti tal-kura jista’ jikkonsma, stabbilixxi l-ħinijiet tal-ġurnata li jistgħu jiġu dovuti għar‑responsabilitajiet fl-għoti tal-kura. Pereżempju, tqatta ftit minuti kull filgħodu biex tiċċekkja fuq il-persuna li qed tirċievi l-kura, il-ħin ta’ nofsinhar biex tara l-għażliet ta’ riċerka u taġġorna membri tal-familja, u tispiċċa l-jum b’check-in ieħor? X’inhu raġonevoli għalik, ir-reċipjent tal-kura tas-saħħa tiegħek u n-negozju tiegħek?
  3. Oħloq pjan fl-isfond f’każ li teħtieġ li jkollok titlaq min-negozju minħabba l-għoti ta’ kura. Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet ta’ “X’jiġri jekk?” li inti tista’ taħseb. Meta tiżviluppa l-pjan tiegħek staqsi għal feedback mingħand il‑bord tad-diretturi tiegħek, kollegi, impjegati (jekk għandek minnhom) il-kowċ tan-negozju tiegħek jew dak li jgħinek fl-għoti tal-kura, u l-maniġer tal-kura ġerjatrika.
  4. Żviluppa uffiċċju portabbli li jista’ jiġi ttrasportat jekk meħtieġ. Ħu l-uffiċċju portabbli tiegħek barra mil-lokalità, fid-dar tal-persuna li qed tingħata l-għajnuna, fid-dar tiegħek. U, ara li jkollok back-up ta’ informazzjoni kritika għal‑lest.
  5. Kun af min jista’ jgħin (professjonisti, membri tal-familja, ħbieb, ġirien) u kif jistgħu jgħinu; staqsi u aċċetta l‑għajnuna tagħhom. Maniġer tal-kura ġerjatrika jista’ jkun investiment tajjeb ħafna sabiex jgħinek issib ir-riżorsi u jissorvelja l-kura.
  6. Stenna għall-possibilità ta’ tnaqqis fid-dħul. Kif tista’ tagħmel aġġustamenti personali u professjonali? U, kkonsidra: Tista’ tissottokuntratta negozju jekk il-forniment tal-kura jsir prijorità? Li tissottokuntratta n-negozju tfisser li tibqa’ żżomm sors ta’ dħul u bażi ta’ klijenti imma toqgħod lura fuq l-involviment tiegħek. Is-sottokuntrattar jista’ jaħdem jekk tuża s-sottokuntratturi tajbin (irriċerka u vverifika r-referenzi) u jekk tikkomunika b’mod effettiv mal-klijenti.
  7. Żviluppa messaġġ biex tuża ma’ klijenti u impjegati għal użu f’każ ta’ waqfa estiża jew bidla mhix mistennija fl‑iskeda. Meta kriżi sseħħ, inti taf tifga bl-emozzjoni. Ipprepara issa għall-futur, meta għandu mnejn ikollok tispjega s-sitwazzjoni tiegħek. Il-messaġġ tiegħek jista’ jkun wieħed sempliċi bħal: “Ommi mhix tajba. Qed nieħu ftit time off biex inkun nista’ nieħu ħsiebha.” Imbagħad, għid lill-impjegati u l-klijenti x’jistgħu jistennew waqt li inti ma tkunx hemm (jiġifieri, għidilhom x’inhu l-pjan fl-isfond tiegħek).
  8. Rawwem lil oħrajn biex jgħinu; żomm moħħ miftuħ meta tiddelega responsabiltajiet. Ikkonsidra din bħala opportunità biex tibni n-netwerk ta’ referenzi u sabiex tiddelega l-impjegati. Ikkomunika l-aspettazzjonijiet tiegħek u kun disponibbli meta tkun tista’.
  9. Ftakar it-Tliet Kunijiet fl-Għoti tal-Kura: Kun Preparat, Kun Onest, Kun Tajjeb; żur hawn.
  10. Aħfer lilek innifsek għal xi ġranet ħżiena; agħti lilek innifsek bidu ġdid fil-jum ta’ wara. U, ikkonsidra: F’ħames snin, meta tħares lura għal dan iż-żmien, liema azzjonijiet u deċiżjonijiet ser jagħmluk kburi?

Jeff jeħtieġ jitlaq kmieni llum sabiex jiġbor lil missieru miċ-ċentru tal-jum tal-adulti. Ġeneralment, iċ-ċentru jipprovdi t-trasportazzjoni imma llum is-sewwieq tal-vann marid u ħalla ċ-ċentru mingħajr sostitut. L-imgħallem ta’ Jeff approva t-tluq kmieni, imma Jeff jista’ jħoss li l-paċenza qed tonqos, mhux biss mal-imgħallem tiegħu imma anke mal-kollegi.

Il-kollegi ta’ Jeff huma tal-età tiegħu (fl-aħħar tal-20), imma m’għandhomx responsabiltajiet familjari. Huma jgħidu li jifhmu l-ħtieġa tiegħu għal ftit flessibilità fl-iskeda tiegħu, imma jistaqsi lilu nnifsu kemm tassew jagħmlu hekk. U, illum huwa l-jum qabel ma’ proġett kbir hu dovut, allura t-temperaturi huma partikolarment nervużi. Ħin mhux tajjeb iddur fejn iddur.

 

Li żżomm x-xogħol waqt li tipprovdi l-kura jista’ jkun att ta’ ekwilibriju delikat; tista’ tinħass bħal Imgħallem Tiegħek kontra Il-Persuna li Qed Tieħu Ħsieb.  Kif tista’ tevita li titlef battalja mat-tnejn?

Żomm f’moħħok dawn is-suġġerimenti li ġejjin:

  1. Ifhem il-benefiċċji u l-policies tal-kumpanija tiegħek. Aktar kumpaniji qed joffru benefiċċji progressivi sabiex jgħinu lil impjegati tagħhom jieħdu ħsieb it-tfal u membri oħra tal-familja. Il-benefiċċji jistgħu jinkludu għajnuna biex jinstabu riżorsi, seminars waqt nofsinhar, kura fl-isfond issussidjata, ħin flessibbli u servizzi ta’ konsulenza. Iċċekkja mad-dipartiment tar-Riżorsi Umani biex titgħallem jekk il-familja tiegħek toffrix xi benefiċċji.
  2. Kun af li ma tistax ssir diskriminazzjoni kontrik minħabba r-rwol tiegħek fl-għoti ta’ kura.
  3. Ifhem il-leġiżlazzjoni reġjonali u nazzjonali li tista’ tgħinek.
  4. Ikkomunika b’mod effettiv mal-imgħallem tiegħek. Spjega s-sitwazzjoni tiegħek fl-għoti tal-kura, kif qed tippjana li tiġġestiha, u itlob għal feedback. Tista’ tibda diskussjoni b’dan il-mod: “Missieri mhux tajjeb u issa qed jgħix miegħi. Krejt l-għajnuna u organizzajt l-familja tiegħi biex jgħinu sabiex jiġi żgurat li missieri ikun tajjeb waqt li jiena nkun hawn naħdem. Huwa possibbli li niskontra xi kriżi peress li saħħet missieri hija instabbli. X’jista’ jkun l‑aħjar mod għalija biex inkun nista’ niġġestixxi kriżi miegħek?” Għandek mnejn tkun trid tistaqsi lil imgħallem tiegħek għal suġġerimenti dwar kif għandek tikkomunika din is-sitwazzjoni mal-ħaddiema l-oħra.
  5. Staqsi lil ħaddiema oħra jekk qatx ħadu ħsieb xi qarib xiħ waqt li kienu impjegati mal-impjegatur attwali jew jekk jafux b’xi ħadd li kien. Staqsi għal suġġerimenti dwar kif wieħed għandu jiġġestixxi s-sitwazzjoni.
  6. Kun af min jista’ jgħin (professjonisti, membri tal-familja, ħbieb, ġirien) u kif jistgħu jgħinu; staqsi u aċċetta l‑għajnuna tagħhom. Maniġer tal-kura ġerjatrika jista’ jkun investiment tajjeb ħafna sabiex jgħinek issib ir-riżorsi u jissorvelja l-kura.
  7. Oħloq pjan ieħor fl-isfond. Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet ta’ “X’jiġri jekk?” li inti tista’ taħseb. Meta tiżviluppa l‑pjan tiegħek, staqsi għal feedback mill-familja, il-ħbieb tiegħek, il-grupp t’appoġġ, il-kowċ tiegħek li jagħtik pariri dwar l-għoti tal-kura, u l-maniġer tal-kura ġerjatrika. Jekk ikun xieraq, koħaddiema u l-maniġment jafu jkunu kapaċi joffru intuwitu.
  8. Stabilixxi limiti ma’ membri tal-familja u l-fornituri tal-kura dwar id-disponibilità tiegħek waqt il-ħin tax-xogħol. Għandu mnejn inti tistabbilixxi li tista’ tkun disponibbli waqt is-siegħa ta’ nofsinhar għal sejħiet fil-kamp jew għal ftit minuti wara nofsinhar. (Naturalment, waqt xi kriżi – u għandek mnejn tiddefenixxi “kriżi” għax it-tifsira ta’ oħrajn għandha mnejn ma taqbilx ma’ tiegħek – inti dejjem tkun disponibbli.)
  9. Ftakar it-Tliet Kunijiet tal-Għoti tal-Kura: Kun Preparat, Kun Onest, Kun Tajjeb; żur hawn. U, ikkonsidra li tikteb Dikjatazzjoni tal-Missjoni fl-Għoti tal-Kura.

10. Aħfer lilek innifsek għal xi ġranet ħżiena; agħti lilek innifsek bidu ġdid fil-jum ta’ wara. U, kkonsidra: F’ħames snin, meta tħares lura għal dan iż-żmien, liema azzjonijiet u deċiżjonijiet ser jagħmluk kburi?

Permess ġentili minn

CareGiving.com. We care for you. Żur is-sit...