Attwalment hemm madwar tliet miljun carers jaħdmu fir-Renju Unit. Għandu mnejn jinħass li qed tiddestreġġa bejn żewġ xogħlijiet meta tkun qed iżżomm impjieg imħallas u tforni l-kura lil ħabib jew qarib, imma x-xogħol jista’ jkun importanti għal benesseri tiegħek, id-dħul u biex iżżomm il-kuntatti soċjali.

Hemm affarijiet li tista’ tagħmel biex tlaħħaq mal-pressjonijiet ta’ xogħol u kura. Bħala carer li taħdem x’aktarx ikollok bżonn sostenn fix-xogħol tiegħek, u ta’ spiss livelli differenti t’appoġġ f’ħinijiet differenti – minn aċċess għal telefown sabiex tiċċekkja fuq persuna li qed tiegħu ħsieb, għal biex tieħu liv biex tgħin meta xi ħadd ikollu joħroġ mill-isptar.

L-aħbar it-tajba hi li l-carers għandhom drittijiet statutorji u aktar u aktar impjegaturi qed jirrealizzaw dwar is-siwi li jsostnu lil carers.

 

Id-drittijiet ta’ carers fuq ix-xogħol.

Ħafna carers li jaħdmu għandhom ikunu garantiti d-drittijiet li ġejjin:

  • Id-dritt ta’ talba għal ħidma flessibbli
  • Id-dritt ta’ time off f’każ ta’ emerġenzi
  • Id-dritt ta’ liv parentali jekk għandek wild
  • Id-dritt li ma tkunx iddiskriminat jew molestat.

L-istat tal-impjieg tiegħek jista’ jaffettwa l-intitolament ta’ dawn id-drittijiet. Jekk, pereżempju, inti taħdem għal rasek, fuq kuntratt ta’ żmien qasir jew inti impjegat permezz ta’ aġenzija tista’ ma tkunx kopert b’dawn id-drittijiet. Jekk dan japplika għalik hu importanti li tieħu parir.

 

Impjegatur tajjeb

Minbarra d-drittijiet statutorji tiegħek, min iħaddmek jista’ joffrulek aktar appoġġ. Dan jiġi deskritt fil-kuntratt tiegħek u l-policies tal-organizzazzjoni. Pereżempju, għandu mnejn tkun kapaċi tagħmel arranġamenti għal liv, bi ħlas jew mingħajr, fuq id-deskrizzjon ta’ min iħaddmek sabiex tkopri perijodi intensivi ta’ kura.

Jekk qed taħseb biex ma tibqax taħdem aktar, waqfa fil-karriera (jew sabbatiku) tippermettilek iżżomm l-għażliet tiegħek miftuħin, li jiżgura li inti tista’ tmur lura, u jżommok marbut mad-dinja tax-xogħol. Xi impjegaturi joffru waqfiet imħallsa u/jew mhux imħallsa, ta’ spiss wara perijodu speċifiku ta’ servizz magħhom, allura ċċekkja l‑policies tal-organizzazzjoni tiegħek.

Xi kultant l-appoġġ li tkun teħtieġ huwa sempliċi ħafna bħal aċċess għal telefown jew tagħrif u parir.

Permess ġentili minn

CARERS UK – The voice of carers.Żur is-sit...