Għandek lil xi ħadd f’ħajtek, li kien indipendenti, iżda issa għandu bżonn għajnuna b’kompiti bażiċi, jew għandhom bżonn għajnuna speċjalizzata? Tqassam il-ħin għax-xogħol u impenji oħra, kif ukoll li tipprovdi l-kura għal xi ħadd għażiż tul il-ġurnata hija sfida, u m’għandekx tgħaddi minnha waħdek.Aqra aktar
Wara ħafna kunsiderazzjoni, inti u l-anzjan għeżież tiegħek, tistgħu tiddeċiedu li jekk l-anzjana tibqa’ d-dar mhix l-aħjar għażla. Jista’ jkun li tkun għażla sigura u prattika li tikkunsidraw li l-anzjan jitlaq mid-dar tiegħu/tagħha u tidħol ġo dar b’kura residenzjali, fejn tingħata assistenza u appoġġ kontinwu.Aqra aktar
Għal anzjani li għażlu li jkomplu jgħixu fid-dar tagħhom minflok li jidħlu f’dar residenzjali tal-kura, li jżommu sens ta’ indipendenza hi prijorità kbira. Għal dawk li jinsabu f’kura residenzjali, tista’ tkun importanti għalihom li jħossuhom li għandhom għażla, u li huma jistgħu jinfluwenzaw it-tip u l-ammont ta appoġġ li jirċievu.Aqra aktar
Jekk xi għeżież tiegħek għandu limitazzjonijiet serji jew bżonnijiet li jirrikjedu kura iżjed speċjalizzata, inti tista’ tħoss pressjoni addizzjonali u tħossok ikkonċernat għat-tip ta kura li jista jiġi bżonn. Limitazzjonijiet u bżonnijiet speċjali jinkludu problemi ta’ saħħa mentali, diżabilitajiet u persuni b’kundizzjonijiet jew mard li jirrekjedi attenzjoni medika jew terapija.Aqra aktar
Bħala xi ħadd li tieħu ħsieb lil membru tal-familja anzjan, b’diżabilità jew marid, huwa importanti li tkun taf bl-organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuk tipprovdi l-aqwa kura possibbli lil maħbubin tiegħek. Dan huwa importanti sabiex il-maħbubin tiegħek iħossuhom iktar indipendenti, siguri u integrati fil-komunità lokali.Aqra aktar
Meta nieħdu ħsieb nies li nħobbu, ħafna drabi ninsew il-bżonnijiet tagħna. Inkunu tant imħabbtin nibbilanċjaw l-oqsma differenti ta’ ħajjitna u nieħdu ħsieb ukoll lil xi ħadd li nħobbu li l-fatt li naċċettaw għajnuna u appoġġ għalina stess ikun ħafna drabi l-aħħar prijorità. Madankollu, huwa importanti…Aqra aktar
Ħafna drabi żżomm lura milli titkellem ma’ persuni dwar id-diffikultajiet tiegħek meta tieħu ħsieb lil xi ħadd li tħobb għax tħoss li ma jifhmukx? Jista’ jkun ukoll li ma tridx titfa’ piż fuq persuni bil-problemi tiegħek għalhekk tibqa’ sieket jew tkompli għal rasek.Aqra aktar