Din it-taqsima hija dovuta għal Patoloġiji ta’ persuni akbar fl-età u l-ġestjoni tal-kura.

Tagħrif dwar numru ta’ mardiet qed jiġi provdut.

Tista’ żżur kull paġna billi tikklikkja fuq il-kaxxi ta’ taħt jew billi tikklikkja fuq il-lista li tinsab fuq in-naħa tax‑xellug.

Id-dimenzja f’numri.

Id-dimenzja taffettwa 8% tal-persuni li jkunu għalqu 65 sena, perċentwali li jiżdied b’mod sinifikanti bl-età, kif innotat b’għadd sinifikanti ta’ stħarriġ epidemjoloġiku. Huwa stmat li jekk in-nies kellhom jgħixu sal-eta ta’ 95 sena, allura wieħed minn kull tnejn ser ibati minn xi tip ta’ dimenzja.

Huwa stmat li hemm 35 miljum każ li qed ibatu mid-dimenzja madwar id-dinja kollha u 7.3 miljun fl-Ewropa.  Huwa stmat li dan il-perċentwali ser jogħla għal 104 miljun madwar id-dinja kollha, filwaqt li l-proporzjon ta’ anzjani fl-Ewropa jgħoddu 35% tal-popolazzjoni ġenerali. Fl-2030 huwa stmat li l-proporzjon ta’ anzjani ser jikkostitwixxi 25% tal-popolazzjoni ġenerali.

 

X’inhi d-dimenzja?

It-terminu “dimenzja” jirreferi għal grupp ta’ sintomi li jidhru lil persuni b’mard li jeqred iċ-ċelluli tal-moħħ u jikkaġuna deterjorament gradwali fil-ħiliet konjittivi.  Persuni li jbatu minn tipi ta’ dimenzja, proprjament iridu jfissru li l-memorja, l-attenzjoni, il-ġudizzju, it-taħdid, l-imġieba huma affettwati.

Sabiex wieħed iqiegħed dijanjosi ta’ dimenzja, sintomi konjittivi għandhom jirrappreżentaw telf sinifikanti mil-livell preċedenti ta’ funzjonar fil-ħajja ta’ kuljum.

It-tipi ta’ dimenzja

Id-dimenzja hi terminu umbrella li jiddeskrivi l-mard newrodeġenrattiv tal-moħħ, li jvarja fl-etjoloġija, is-sintomi u l‑progressjoni.

It-tipi ewlenien ta’ dimenzja huma:

  • Il-Marda ta’ Alzheimer
  • Id-Dimenzja Vaskulari
  • Id-Dimenzja b’Korpi ta’ Lewy
  • Id-Dimenzja tal-Marda ta’ Parkinson
  • Id-Dimenzja frontotemporali
  • Tipi oħra ta’ dimenzja

Fit-tipi t’hawn fuq ta’ dimensja l-progressjoni hi irriversibbli. Hemm ukoll tipi riversibbli, fejn id-dimenzja sseħħ bħala riżultat ta’ disturbi metaboliċi, disturbi tal-glandola endokrina u feriment trawmatiku tal-moħħ jew bħala riżultat ta’ azzjoni tossika ta’ medikazzjoni. Dawn it-tipi jistgħu jiġu kkurati jew stabilizzati jekk il-kawża ta’ dimenzja tkun ittrattata

Il-Marda ta’ Alzheimer

Il-marda tal-Alzheimier hija l-aktar tip komuni ta’ dimenzja peress li hija l-kawża għal 60-70% tal-każijiet b’dimenzja. Ġeneralment il-marda ta’ Alzheimier isseħħ f’persuni li għandhom aktar minn 65 sena u f’xi każijiet rari, f’etajiet iżgħar.

Il-marda ta’ Alzheimier ġabet l-isem tagħha minn Alois Alzheimier, newroloġista Ġermaniż li kien l-ewwel wieħed li ddeskriva l-marda, is-sintomi u l-patoloġija tal-marda fil-moħħ ta’ wieħed mill-pazjenti tiegħu, Augusta D f’konferenza xjentifika, fl-1907. Il-pazjenta kienet fi sptar psikjatriku u bdiet turi sintomi ta’ mġieba stramba. U aktar minn hekk, is-sintomi bdew juru nuqqas ta’ orjentazzjoni u memorja qasira. Wara mewtha, moħħha ġie eżaminat u ġiet rivelata atrofija severa tal-moħħ.

Il-marda ta’ Alzheimer hi karatterizzata b’memorja indebolita u funzjonijiet konjittivi oħra. Is-sintomi jvarjaw bejn pazjenti u jvarjaw wkoll bejn l-isdadji tal-marda. Is-sintomi li tfaċċaw fil-bidu tal-marda, ġeneralment imorru għall‑agħar, filwaqt li fil-perkors tal-marda jitfaċċaw sintomi oħra.

Il-progressjoni tal-marda tista’ ma ssegwix eżattament il-kors li ġej u l-pazjenti jistgħu ma jurux s-sintomi kollha deskritti.

Fl-istadji bikrija tal-marda, is-sintomi ġeneralment ma jiġux innotati u huma interpretati bħala sinjali normali ta’ età.

Fl-ewwel stadju, il-persuna:

  • turi diffikultajiet ta’ memorja
  • għandha diffikultà ssemmi lil persuni u oġġetti
  • tista’ titlef il-ħila li tieħu deċiżjoni
  • tista’ titlef l-interess fix-xogħol li kien jagħmel
  • tista’ turi sintomi ta’ depressjoni u irritabilità

Hekk kif il-marda tipprogressa, id-diffikultajiet jibdew jidhru aktar u l-persuna ma tibqax tkun kapaċi tiffunzjona b’mod indipendenti.

F’dan l-istadju l-persuna:

  • turi indeboliment tal-memorja notevoli
  • turi diffikultà’ fl-espressjoni
  • issir dirorjentat fil-ħin u fl-ispazju
  • mhix kapaċi twettaq id-doveri sempliċi ta’ kuljum
  • teħtieġ għajnuna fl-iġene personali
  • turi ‘imġieba immorali’ jew ‘mhux tas-soltu’.
  • turi alluċinazzjonijiet jew dilirju Dak ifisser li l-persuna tara, tisma’ jew tgħix sitwazzjonijiet li ma jkunux jeżistu.

Hekk kif il-marda tavvanza, il-persuna ma tistax twettaq l-ħtiġijiet bażiċi ta’ kuljum u bħala riżultat hija dipendenti b’mod assolut fuq oħrajn.

F’dan l-istadju l-persuna:

  • ma tagħrafx uċuh familjari
  • ma tistax tifhem x’inhu għaddej
  • mhix kapaċi tieħu ħsieb tagħha nnifisha
  • titlef l-orjentazzjoni fid-dar
  • issibha tqila timxi
  • titlef il-kontroll ta’ wrienar
  • tista’ tkun kostretta toqgħod fis-sodda jew tkun teħtieġ siġġu tar-roti biex tiċċaqlaq.

Persuni akbar fl-età ta’ spiss ikunu jeħtieġu jiftakru u jitgħallmu informazzjoni ġdida. Dawn id-diffikultajiet huma inkwetanti meta jibdew jaffettwaw b’mod notevoli l-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum.

  • Jekk xi ħadd jinsa affarijiet aktar ta’ spiss milli fil-passat, eż. aspetti importanti tax-xogħol tiegħu, bħal laqgħat skedati.
  • Jekk għandu diffikultajiet jagħmel l-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum, bħal jagħmel l-ingravata.
  • Jekk ipoġġi affarijiet f’postijiet mhux xierqa
  • Jekk jinsa kliem komuni jew juża l-kliem ħażin
  • Jekk juri bidla fil-personalità tiegħu, bħal konfużjoni, suspetti jew biża’
  • Jekk ma jifhimx sew x’ġurmata hiu fejn qiegħed
  • Jekk mhux interessat jagħmel affarijiet malajr, jew jitlef l-interess
  • Jekk jibdel il-burdata jew l-imġieba malajr
  • Jekk jagħmel affarijiet li assolutament ma jagħmlux sens

Dijanjosi bikrija tad-dimenzja u intervent bikri tgħin mhux biss il-persuna bid-dimenzja, imma wkoll lil familja tiegħu, il-komunità u s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Id-dijanjosi bikrija tal-marda tiżgura implimentazzjoni fil-ħin ta’ diversi interventi preventivi u terapewtiċi, iżżid l-effiċjenza tal-interventi applikati, u għalhekk tiġi żgurata transizzjoni aktar lixxa minn stadju wieħed għal ieħor.

L-età hija l-aktar fattur importanti magħruf għal marda ta’ Alzheimier, meta wieħed jikkonsidra li l-inċidenza tiżdied kif l-età tiżdied. Diversi studji jikkonkludu li l-marda sseħħ aktar ta’ spiss fin-nisa. Madanakollu, dawn ir-riżultati għandhom jiġu interpretati b’kawtela u riċerkaturi għandhom jistħarrġu l-influwenza ta’ parametri bijoloġiċi bejn is-żewġ sessi. Il-fatturi ġenetiċi huwa fattur magħruf ieħor. Riċerkaturi identifikaw ġeni preżenti li jkunu disponibbli minn qabel li jikkontribwixxu biex tfeġġ il-marda ta’ Alzheimier. L-aktar ġene studjata b’mod profond li ġiet ikkonfermata minn għadd kbir ta’ riċerkaturi hija Apolipoprotein E (ApoE). Din il-ġene tinsab fuq kromosomu 19 u speċifikament il-forma 4 tinsab f’40-80% tal-pazjenti kollha bil-marda ta’ Alzheimier.

 

Il-fatturi msemmija hawn fuq ma jistgħux jiġu kkontrollati u lanqas mibdula, peress li għandhom bażi ġenetika. Madanakollu hemm fatturi li jiddipendu mill-istil ta’ ħajja tal-individwu, li aħna nistgħu nikkontrollaw b’hekk nistgħu nnaqqsu r-riskju ta’ mard. Il-fatturi ta’ riskju vaskolari bħal dijabete, pressjoni għolja, kolesterol għoli, huma assoċjati ma’ dimenzja. L-istudji juru li livell għoli ta’ zokkor fid-demm, kolesterol u l-pressjoni għolja huma assoċjati ma’ dimenzja aktar tard fil-ħajja. Id-dipressjoni, disturbi ta’ ansjetà u dieta żbilanċjata huma wkoll fatturi ta’ riskju, kif indikat mir-riżultati ta’ stħarriġ epidemjoloġiku.

Is-sintomi ta’ mġieba u dawk psikoloġiċi u ta’ mġieba fid-dimenzja jirreferu għal persuni li jbatu minn dimenzja u dawn jinkludu disturbi ta’ perċezzjoni, ħsibijiet, burdata u mġieba.

Minħabba l-frekwenza u s-severità tagħhom, BPSD huma parti mill-forma klinika ta’ kull tip ta’ dimenzja. Kemm, il‑frekwenza u s-severità ta’ BPSD jiżdiedu hekk kif il-marda tavvanza.

Perċentwali ta’ 80-90% ta’ pazjenti b’dimenzja għandhom tal-anqas wieħed minn dawn is-sintomi waqt l-avvanz tal-marda filwaqt li 64% tal-persuni li jidhru għand speċjalista għall-ewwel rapport ta’ assessjar tagħhom ikollhom tal‑anqas wieħed minn dawn is-sintomi.  Kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi jista’ jseħħ fl-istadju progressiv tal-marda u mhux meħtieġ li l-pazjenti kollha jippreżentaw is-sintomi kollha.

Sintomi psikoloġiċi, bħal dipressjoni u apatija, x’aktarx iseħħu aktar fl-istadji bikrija ta’ dimenzja, waqt li disturbi t’imġieba, bħal aggressività, ansjetà u tlajjar huma aktar komuni f’pazjenti li jbatu minn dimenzja ta’ severità medja.  Il-maġġoranza ta’ każijiet BPSD jilħqu l-qofol qabel l-aħħar stadju tal-marda. U aktar minn hekk, xi BPSDs f’dimenzja huma aktar persistenti minn oħrajn bħall-ansjetà, irrikwitezza u mġieba erranti. Il-preżenza ta’ dawn tal-aħħar huma assoċjati ma avvanz tal-marda u teħid fi sptar fi stadju bikri.

Il-kura ta’ persuni li jbatu minn BPSD iwassal għal responsabiltajiet psikoloġiċi u finanzjarji akbar għal dawk li jagħtu l-kura, li jaffettwa b’mod negattiv il-kwalita tal-ħajja kemm ta’ min jagħti l-kura u l-pazjent.

X’inhuma s-sintomi psikoloġiċi u ta’ mġieba fid-dimenzja?

L-aktar problemi komuni ta’ mġieba osservati f’pazjenti li jbatu minn dimenzja huma:

  • Tlajjar mgħaġġel u tidwir fil-vojt- Iperattività
  • Aġitazzjoni – Ansjetà
  • Imġieba soċjali mhix xierqa
  • Aggressività verbali jew fiżika
  • Rifjut
  • Disturbi fl-irqad
  • Disturbi sesswali
  • Disturbi fl-aptit

 

Is-sintomi psikoloġiċi jinkludu li ġej:

  • Delużjonijiet – Dilirju
  • Alluċinazzjonijiet
  • Depressjoni
  • Burdata Ewforika
  • Apatija / indifferenza
  • Ansjetà
  • Irritabilità

 

Ġestjoni tas-sintomi psikoloġiċi u ta’ mġieba fid-dimenzja

Il-ġestjoni ta’ sintomi psikoloġiċi u ta’ mġieba jinkludu kemm interventi mhux farmakoloġiċi u anke taħt kundizzjonijiet ta’ terapija farmakoloġiku. Bidliet fl-imġieba u ambjentali jistgħu jnaqqsu u anke jeliminaw sintomi, mingħajr l-użu ta’ medikazzjoni.

L-aħjar ġestjoni teħtieġ osservazzjoni u assessjar tajba tas-sitwazzjoni. Qabel tadotta xi intervent, għandek tfittex għal kwalunkwe kawża oħra possibbli li tista’ twassal biex jitfaċċaw is-sintomi.

  • Kundizzjoni medika ġenerali (infezzjoni, diżidrazzjoni, anġina, stitikezza, eċċ),
  • marda fiżika (ipotajrojdiżmu, nuqqas ta’ vitamina B12)
  • l-effetti kollaterali tal-mediċina jew il-kombinazzjoni ta’ mediċini differenti,
  • ħtiġijiet bażiċi li għadhom ma ġewx sodisfatti (ġuħ, għatx, serħan),
  • disturbi tal-burdata (ansjetà, dipressjoni, eċċ),
  • kull kundizzjoni ambjentali mhux xierqa (carer ġdida li titħallas, bidla fir-rutina, stimuli qawwija jew dgħajfin ħafna, eċċ)

jistgħu jkunu moħbija taħt sintomi bħal dawn. F’dawn il-każijiet, jekk tiġġestixxi fil-ħin u b’suċċess il-kawżi, is-sintomi jiġu eliminati.

Sabiex ikollok fehma preċiża u dettaljata, osserva li ġej:

  • Meta bdiet l-imġieba mhix mixtieqa?
  • Meta titfaċċa?
  • Kif qed tiżviluppa?
  • Meta jkollha l-ogħla intensità u tul ta’ żmien? Meta l-inqas?
  • X’inhuma l-kundizzjonijiet qabel, wara u waqt l-imġieba?

Ġaladarba tiddefinixxi u tispjega l-imġieba tiegħu, tkun tista’ tippjana l-metodu ta’ ġestjoni u tibdel is-sintomi mhux mixtieqa, billi tibdel l-ewwel u qabel kollox il-fatturi li jikkaġunawhom.

Persuni b’dimenzja jeħtieġu attenzjoni personalizzata, hekk kif metodu speċifiku użat biex jiġi ġestit BPSD jista’ jkun effettiv għal xi ħadd, imma jista’ jkollu effetti opposti fuq xi ħaddieħor.

It-trattament tal-marda ta’ Alzheimer

Fl-aħħar snin kien hemm progress sinifikanti fil-prevenzjoni, dijanjosi u t-trattament tas-sintomi tal-marda ta’ Alzheimer. Aħna nistgħu niddistingwu 3 kategoriji ta’ intervent:

  • Trattament farmakoloġiku
  • Interventi mhux farmakoloġiċi
  • Pariri minn Carer

 

Trattament farmakoloġiku

Il-mediċini disponibbli (impedituri ta’ cholinesterase u memantine) jittrattaw s-sintomi tal-marda, jistgħu jnaqqsu l‑avvanz tal-marda u jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ pazjenti u dawk li jagħtu l-kura. Sal-lum ma kienx hemm trattament li jipprevjeni jew iwaqqaf kompletament il-progressjoni tal-marda. Madanakollu, jekk wieħed idewwem l-iżvilupp ikun qed itejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’dimenzja u l-familji tagħhom u hija wkoll effettiva fl-infieq għas-sistema nazzjonali tas-saħħa.

 

Interventi mhux farmakoloġiċi

Fi snin riċenti, l-interess kien iffokat fuq interventi mhux farmakoloġiċi għat-trattament ta’ dimenzja. Interventi mhux farmakoloġiċi jsostnu l-effettività ta’ trattamenti farmakoloġiċi, ikunu mfassla fuq ħtiġijiet individwali, kapaċitajiet u m’għandhomx effetti avversi.

Interventi mhux farmakoloġiċi jinkludu:

  • Taħriġ tal-memorja, bil-għan ta’ eżerċizzju ta’ funzjonijiet konjittivi. L-eżerċizzji ta’ memorja jistgħu jitwettqu jew b’lapes u karta jew jistgħu jkunu kompjuterizzati
  • Terapija tat-Taħdit u tal-Ilsien ‘Speech & Language Therapy’, li għandha l-għan li tirrestawra l-kapaċità tat-taħdit u tal-artikolazzjoni, sabiex jinżamm livell tajjeb ta’ komunikazzjoni
  • Terapija okkupazzjonali, li tiffoka fuq motivazzjoni individwali u fuq it-tagħlim mill-ġdid ta’ ħiliet li jgħin biex wieħed jgħix b’mod awtonomu l-ħajja ta’ kuljum tul il-perkors tal-marda
  • Terapija ta’ reminixxenza, fejn il-persuna tiġi inkorraġita sabiex tiftakar memorji u kif ħassitha fil-passat u taqsamhom ma’ membri oħra tal-grupp, fejn ta’ spiss jintużaw bħala referenza oġġetti, togħmiet, xamm u ħsejjes
  • Il-fiżjoterapija, permezz ta’ moviment, bilanċ, ebusija u atrofija muskolari huma trattati
  • Eżerċizzju fiżiku, sabiex jiġi żgurat kondizzjoni fiżika tajba
  • Terapija bl-arti, li tagħti l-opportunità lil individwi jesprimu lilhom infushom permezz ta’ kommunikazzjoni mhux verbali, sabiex titjieb l-funzjoni emottiva tagħhom.

 

Konsultazzjoni għal Carers

Il-carers ta’ persuni b’dimenzja ikunu qed jesperjenzaw piż fiżiku, psikoloġiku u finanzjarju. Hekk kif il-marda tipprogressa, il-persuni li jipprovdu kura jkunu jeħtieġu programmi t’appoġġ u huwa rakkomandat lilhom sabiex jattendu għal interventi mhux-farmakoloġiċi għalihom. Persuni li jieħdu ħsieb persuna li tbati minn xi tip ta’ dimenzja, jistgħu jattendu seminars, jieħdu sehem fi gruppi ta’ ġestjoni tal-istress, jirċievu counselling jew ifittxu xi tip ta’ intervent psikoterapewtiku.

L-għanijiet ta’ dawn l-interventi huwa li l-carers:

  • ikunu informati u jiksbu sens ta’ kontroll tas-sitwazzjoni
  • jiġġestixxu l-emozzjonijiet negattivi tagħhom bħal ansjetà, rabja, dwejjaq, ħtija li jiġu kkawżati bil-kura
  • jiġu f’kuntatt ma’ carers oħrajn u jistgħu joħolqu netwerk biex jibqgħu jsostnu lil xulxin anke wara li jintemm il‑programm
  • itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom

Avviċinament terapewtiku ħolistiku jirriżulta mill-ġestjoni l-aktar effiċjenti tal-marda u jenfasizza, li l-kombinazzjoni ta’ interventi farmakoloġiċi u dawk mhux farmakoloġiċi li jinkludu kemm il-persuna li tkun qed tbati u l-carer, huwa l-aħjar mod kif wieħed ilaħħaq ma’ dimenzja.

Jekk inkunu nafu l-fatturi li jgħollu r-riskju tal-marda u kif nikkontrollawhom, nistgħu nevitaw id-dimenzja.

Speċifikament il-fatturi li ġejjin inaqqsu ir-riskju tal-marda:

  • Id-dieta Mediterranja b’ħut, ġewż, frott u ħaxix
  • L-eżerċizzju mentali u fiżiku
  • Soċjalizzazzjoni u ġestjoni tal-istress

Dawn jipproteġuna mill-marda tad-dimenzja

Hawn taħt għandek issib lista utli ta’ suġġerimenti. Ftakar iżda li “t-tab ta’ informazzjoni ġenerali għal carers” fiha ħafna paġni t’ informazzjoni, li xi wħud minnhom hemm referenza għalihom hawn isfel.

 

Sostenn lil qarib tiegħek

Konna nużaw telefoni ċellulari biex niffotografaw il-kontenut ta’ armarji sabiex inkunu nistgħu ngħidu lil ommna biex issajrilna fil-jiem bikrin, jiġifieri “fl-armarju ta’ taħt is-sink ser tara tagħġen tal-qali” u “il-laned tat-tonn jinsabu fl-armarju ta’ taħt ir-radju”. Malajr waqqafna nużaw “xellug” u “lemin” bħala direzzjonijiet peress li dan kien ifixkel, u għalhekk meta rajna kif l-armarji huma mqegħda kien aktar utli.  Għamilna l-istess ħaġa bil-kontrolli fuq il-magna tal-ħasil, il-kuker, ir-radju, il-mikrowajv u t-tisħin ċentrali. Kien ifisser li konna dejjem nistgħu nirreferu għal dawk f’konverżazzjonijiet ma’ ommna fuq il-telefown. Fuq l-ispeed dial tat-telefown niżżilniha n-numri tagħna, flimkien ma’ kard fuq il-ħajt waħħalna ritratti tagħna li kienu kkumbinati mal-buttuni tal-ispeed dial sabiex ommna setgħet tara stampa ta’ binha u tagħfas il-buttuna maġenbha biex tkellmu.

 

Skype

Skype huwa riżors tajjeb ħafna meta tkun qed tieħu ħsieb mill-bogħod, kemm-il darba tintroduċih lil qarib tiegħek fl-istadji bikrija. Aktar ’il quddiem, jekk ikun hemm ġirien jew ħbieb li jkunu lesti jgħinu b’dan, inti xorta tkun tista’ tkun involut meta l-parentela tiegħek ma tkunx kapaċi tikkomunika permezz tat-telefown – dan ta’ spiss jiġri peress li xi persuni b’dimenzja joqgħodu fuq suġġerimenti viżwali waqt li jikkomunikaw.   Jekk ma użajtx Skype, hawn xi informazzjoni li tista’ tgħinek: about.skype.com/

 

Ikliet

Indunajna li ommna ma kinetx kapaċi ssajjar għalija, u għalhekk ma’ kull żjara aħna konna nimlew il-friġġ u l-friża. Din ħadmet għal xi żmien peress li kienet  kunfidenti meta tuża l-mikrowajv imma aktar ’il quddiem, anke bix-xiri ta’ mikrowajv aktar faċli biex tuża, din saret impossibbli. Bl-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ fornimenti onlajn għal kollox minn take-away ta’ ikel Ċiniż sa pranzu mixwi sħiħ, din tista’ tkun  soluzzjoni għal terminu ta’ żmien qasir għalik – kont ngħid lis-sewwieq tal-fornimenti biex issejjaħli meta jkun fil-bieb tal-qarib tiegħi u jitlobhom jiftħulu. Nota ta’ twissija imma – inti naturalment ma tridx tħalli barranin ikunu konxji li l-qarib tiegħek jista’ jkun vulnerabbli u għalhekk din tista’ ma taħdimx  għalik. Soluzzjoni oħra tista’ tkun li tuża dar ta’ kura lokali – staqsiehom jekk jistgħux ifornu l-ikel xi drabi matul il-ġimgħa u waqqaf kont sabiex tkun tista’ tħallas għalihom. Din kienet milqugħa tajjeb fil-każ tagħna għax kienet tfisser xi introjtu addizzjonali għar-residenza tax-xjuħ u kont nirċievi aġġornament ta’ verifika dwar is-saħħa mingħandhom wara kull provvista permezz ta’ test ta’ malajr.

 

Medikazzjoni

Wara xi ħin indunajna li ommna riedet tkun mfakkra dwar il-mediċina tagħha u għall-ewwel stajna nagħmlu hekk bit-telefown. Wara xi żmien din ma baqgħetx taħdem u għalhekk tlabt lill-ispiżerija tagħha sabiex timla minn qabel u tipprovdi dossette box. Hemm ħafna tipi differenti – bażikament dawn jaħżnu l-mediċina kollha għall-ġurnata f’kompartament imsemmi sabiex il-persuna li tieħu l-mediċina tkun tista’ tara x’qed tieħu u meta.

 

Merċa

Issa huwa faċli ħafna sabiex tordna l-merċa onlajn – aħna sibna dan hu utli ħafna peress li ommna ma kinetx iżżomm ħafna ikel u kien ifisser li nistokkjaw qabel ma nżuru u konna nkunu hemm biex nirċievu l-provvista.

 

Sikurezza u sigurtà

Ġar fdat ingħata ċ-ċavetta tad-dar ta’ ommna u ħadna ritratti ta’ ommna l-għassa tal-pulizija lokali, f’każ li tispiċċa titlajja. Tajnihom wkoll id-dettalji tal-kuntatt tagħna u n-numru tat-telefown tal-ġarr tagħna.

Installajna wkoll xi tagħmir tat-telecare – hemm ħafna tagħrif dwar teknoloġija fuq paġna differenti tas-sit elettroniku. L-aktar tagħmir utli kien “annunzjatur tal-bieb”. Dan hu biċċa minn kitt li jilgħab messaġġ f’ħinijiet magħżula. Għalhekk, jekk ommna fetħet il-bieb ta’ barra bil-lejl, messaġġ bil-vuċi tiegħi kien jgħid “toħroġx barra jekk jogħġbok Ma, għadu d-dlam”.

 

Doveri ta’ ħasil u xogħol domestiku ġenerali

Ommi kienet qed issibha diffiċli biex tuża l-magna tal-ħasil u kienet titħawwad meta tagħmel ix-xogħol ġenerali tad-dar. Għall-ewwel immaniġġjajna dan billi konna nagħmluh aħna meta konna nżuru, imma ma kinetx prattika fuq perijodu ta’ żmien twil. Jekk ikun affordabbli u prattiku, hemm ħafna aġenziji li jipprovdu dan it-tip ta’ servizz – iċċekkja magħhom li l-persunal ikun ġie vvettjat. Fornitur tal-kura domiċiljari jista’ jkun kapaċi jgħinek (ikkuntattja l‑Awtorità Lokali tiegħek biex issibhom) u din tista’ tkun soluzzjoni tajba jekk aktar il-quddiem tkun trid tużhom biex jipprovdu l-kura wkoll. Hemm paġna fuq is-sit elettroniku ddedikata dwar fejn tfittex għal għajnuna.  Tista’ wkoll tistaqsi dar tal-kura għall-anzjani lokali jekk jistgħux jiġbru, jaħslu u jfornu l-oġġetti għalik (dan isir bi ħlas u huwa prattiku biss jekk ikun hemm ġar viċin li jista’ jiffaċilita dan għal qarib tiegħek).

Permess ġentili minn

SET-CARE – Self-study E-learning Tool for the Social Home-care Sector.Żur is-sit...
Dementia Challengers.Żur is-sit...