L-osteoporożi hija marda tal-għadam li tipprovoka tnaqqis tal-kalċju u minerali.  L-għadam jista’ jiddgħajjef u jinkiser faċilment.

L-osteoporożi hija ġeneralment ikkonsidrata (fin-nisa) bħala konsegwenza diretta tal-menopawża. Mingħajr dubju ta’ xejn, hemm relazzjoni bejn it-tnaqqis fil-produzzjoni ta’ estrogeni wara l-klimakteriku u l-mekkaniżmu ta’ tiġdid ta’ tessuti tal-għadam.

Meta d-degradazzjoni tat-tessuti hija avvanzata, is-sintomi ta’ osteoporożi progressiva johorgu cari. Riskji ta’ ksur fid-dirgħajn/riġlejn, li fosthom l-aktar frekwenti hija l-ksur tal-għonq tal-wirk. Meta taffettwa l-kolonna vertebrali, il‑marda taffettwa tnaqqis indirett fl-istatura minħabba t-tnaqqis tal-massa tal-vertebra u tgħaffiġ u l-liwi konsegwenzjali tal-kolonna kollha, li minħabba f’hekk jinfluwenza wkoll il-pass mgħawweġ tal-individwu affettwat b’osteoporożi.  L-osteoporożi senili hija ta’ spiss akkompanjata b’uġigħ lokalizzat ’il fuq miż-żona lumbari tad‑dahar.

Id-dijanjosi tista’ ssir, lil hinn minn dik ta’ x-rays normali, analiżi tad-densità tal-għadam li ssir b’tekniki aktar sofistikati, bħal kejl Komputarizzat tal-Minerali fl-Għadam (MOC), jew it-Tomografija Assjali Komputarizzata (Computerized Axial Tomography, CAT).

Mil-lat farmakoloġiku din il-patoloġija hija kkurata permezz ta’ mediċini li jnaqqsu l-assorbiment ta’ kalċju, estroġeni, kalċite u vitamina D.

Attenzjoni partikolari tkun trid tingħata, fix-xogħol ta’ kura, għall-għoti effettiv ta’ mediċini preskritti mit-tabib, għall‑għotja rikka ta’ kalċju u vitamina D (ara t-taqsima didaktika fuq l-għoti), sabiex jiġu evitati b’attenzjoni riskji ta’ waqgħat.

Permess ġentili minn

Aspasia – Servizi e formazione per l’assistenza famigliare.Żur is-sit...
Anziani e non solo – Società cooperativa.Żur is-sit...