Kif tista’ tobsor hemm numru ġmielu ta’  servizzi li jipprovdu għajnuna lill-persuni anzjani kif ukoll lil dawk li jieħdu ħsieb lil xi persuna anzjana jew b‘ diżabilita.  Xi wħud minn dawn is-servizzi huma pprovduti mill-Gvern mingħajr ħlas jew huma ssussidjati b’rati tajbin, kif wkoll hemm dawk privati li għalihom wieħed irid iħallas. Tajjeb li jkollok għarfien tas-servizzi kollha kif wkoll l-ispejjes tagħhom. Dan jagħtik l-opportunita bħala persuna anzjana jew bħala carer ta’ xi hadd anzjan mill-qrib, li tagħmel l-aħjar uzu mis-servizzi li hawn, kif ukoll tagħżel dak is-servizz li tkun tista’ tħallas għalih. Ga ladarba tkun għamilt l-għażla tiegħek tkun tista’ ssir taf aktar fuq is-servizz magħżula, u kif tkun tista’ tapplika għall-użu tiegħu.

 

Ħarsa ġenerali għandha tkun provduta f’dan ir-rigward. L-ispejjeż jinkuludu l-tipi prinċipali ta’ kura u servizzi ta’ appoġġ deskritti f’sessjoni Kura għall-Anzjani. Għal kull tip ta’ benefiċċju, għandek firxa ta’ spejjeż u hemm differenzi bejn is-setturi pubbliċi u privati.

 

L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap 318, Parti VII, 95(1), tirreferi għal sussidji miżjudin ipprovduti lil persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/ghajnuna mogħtijin fid-djar mill-gvern, kif ikkwotat ad verbatim hawn taħt:

 

95.(1) Persuna li tkun qieghda tibbenefika minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtijin fid-djar mill-Gvern kif inhuma msemmijin fl-artikolu 131 (1)(a)(iii) u li tkun qiegħda fl-istess ħin tirċievi xi pensjoni, magħduda Benefiċċju għar-Romol jew Għajnuna Soċjali li titħallas taħt dan l-Att għandha, f’dak iż-żmien kollu li matulu dik il-persuna tkun qiegħda tibbenefika minn dawk is-servizzi, jkollha pensjoni jew l-Għajnuna Soċjali tagħha mnaqqsa b’€2.33 fil-ġimgħa jew; fejn dawn is-servizzi j inkludu l-preparazzjoni tal-ikel, b’€3.49 fil-ġimgħa; iżda hekk illi, fejn dawk is-servizzi jkunu qegħdin jingħataw lill-koppja miżżewġa li tkun qiegħda tgħix flimkien u li minnha persuna waħda biss tkun qiegħda tirċievi pensjoni jew Għajnuna Soċjali fħandha titnaqqas b’€3.49 fil-ġimgħa jew, fejn dawk is-servizzi jinkludu l-preparazzjoni tal-ikel, b’€5.24 fil-ġimgħa.

 

Servizzi offruti lill-anzjani permezz tad-Dipartiment tas-Servizz tal-Għajnuna tal-Kura fid-Djar jinkludu[1]:

 

  • Servizz ta Telecare (dan is-servizz iħalli lill-abbonat iċempel għall-assistenza kull meta jkun meħtieġ)

 

  • Servizz ta’ Handyman (dan is-servizz joffri firxa ta’ madwar sebgħin xogħol ta’ tiswijiet li jvarjaw minn tiswijiet fid-dawl, plumbing, xogħol ta’ mastrudaxxa u trasportazzjoni ta’ oġġetti);

 

  • Servizz ta’ Inkontinenza (dan is-servizz hu pprovdut lil persuni li ġew ipprovati li jsofru minn inkontinenza u ħrieqi jiġu pprovduti għal prezz issussidjajt)

 

  • Meals on Wheels (l-iskop tal-Meals on Wheels hu li jagħti appoġġ lil persuni anzjani u oħrajn li għadhom qed jgħixu fid-djar tagħhom, pero ma jistgħux jippreparaw ikla waħedhom);

 

  • Għajnuna fid-Djar (is-servizz tal-għajnuna fid-djar joffri non-infermerija, għajnuna personali u faċendi ħfief mdwar id-dar lil anzjani jew persuni bi bżonnijiet speċjali. Dan is-servizz joffri wkoll appoġġ u serħan lil kuraturi informali);

 

Wieħed jista’ japplika għal wieħed jew iktar minn dawn is-servizzi billi jimla’ formola tal-applikazzjoni li tista’ tinġabar mis-Servizz ta’ Għajnuna u Kura fid-Djar fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, 469, Triq il-Kbira, San Ġużepp, Santa Venera.

 

Dawn l-applikazzjonijiet iridu jinkludu wkoll rapport mediku sabiex jikkonferma l-bżonn tas-servizzi meħtieġa f’konformi mal-kundizzjonijiet/restrizzjonijiet tal-applikant.

 

Iktar informazzjoni rigward dawn is-servizzi jingħataw fis-sessjoni Kura Fid-Djar .  Ukoll jistgħu  jinkisbu mill-website dettaljata:

 

http://www.activeageing.gov.mt/en/Pages/Welcome-Active-Ageing.aspx.

 

 

 

 

 

[1] http://www.activeageing.gov.mt/en/Pages/Welcome-Active-Ageing.aspx.