M’għandhiex xi ngħidu,  jasal il-mument fejn s-saħħa u l-kura medika jibdew ikunu ta’ importanza akbar għal dik il-persuna anzjana jew għal min ikun qiegħed jieħu ħsieb xi persuna maħbuba. Għalhekk tkun ħaga tajba li tieħu tagħrif dwar t-tipi differenti ta’ Assiġurazjoni fuq is-saħħa u l-għajnuna medika li hawn fuq is-suq, speċjalment x’jassiġuraw u kemm iqumu fi flus.

 

Assigurazzjonijiet jinkludu dawk li huma pprovduti bis-sistema tas-saħħa nazzjonali u minn kumpaniji privati fuq diversi liveli ezempju għad-dipendenza, kura fit-tul jew patoloġiji/impedimenti speċifiċi, li fid-dawl ta’ x’ jipprovdu u x’ ikun il-‘budget’, tagħmel l-għażla xierqa.

 

L-adezzjoni ta’ Malta fl-UE timplika il-provediment ta’ kura tas-saħħa statali lil ċittadini Ewropej li jżuru lil pajjiżna u jiġu bżonn servizzi ta’ kura mill-istat, ladarba jippreżentaw il-Kard tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropeja, li tista’ tinkiseb mid-Dipartiment tas-Saħħa, fi Strada Merkanti, Il-Belt Valletta.

 

Persuni li jixtiequ jiksbu assigurazzjoni tas-saħħa privata jew assigurazzjoni tal-ħajja huma mogħtija din l-opportunità billi jċemplu lil assigurazzjoni privata tal-għażla tagħhom u jistaqsu fuq is-servizzi u l-iskemi disponibbli. Kumpaniji privati diversi joffru skemi ta kura tas-saħħa varjata u ddiżinjati biex iħallu lill-klijent jaċċessa l-aħjar kopertura ta’ kura medika bl-iktar pagament vijabbli u vantaġġjuz.

 

L-iskemi jistgħu jinkludu:[1]

 

  • Skemi bażiċi li joffru kopertura in-patient biss;
  • Skema tal-isptar li toffri skema ta’ kopertura in-patient biss;
  • Skema internazzjonali li toffri kopertura fuq bażi madwar id-dinja, li teskludi l-Amerika u l-Kanada.

 

Jew kif spjegat f’Assigurazzjoni tas-saħħa HealthCare Agency[2]:

 

  • Private Clinic Plan li tkopri trattament outpatient u kirurġija minuri;
  • Private Hospital Value Plus li tkopri rifużjoni u trattament in-patient flimkien ma’ out-patient scans ta’ CT u MRI u kopriment ta’ viżti ġenerali.
  • Private Hospital Plan li toffri rifużjoni kompluta f’Malta u benefiċċji limitati barra minn Malta.

 

Huwa rilevanti li jiġi nnutat li Assigurazzjoni tas-saħħa Privata titlob ftit iktar minn 2% tal-infieq tal-kura tas-saħħa[3].

 

[1] https://www.middlesea.com/choose-an-insurance-product-to-suit-you/health-insurance.html.

[2] http://www.atlas.com.mt/Health_Insurance/Health_Overview.aspx.

[3] http://www.pwc.com/en_MT/mt/publications/healthcare/assets/healthcare_delivery_august_2012.pdf (pg. 23)