Meta tkun qed tistenna tarbija, il-komunità (il-familja, ħbieb, ħaddiema miegħek) ser jinġabru madwarek u l‑konjugi tiegħek. Meta tkun qed tistenna l-ewwel tarbija, ser tirċievi rigali, xewqat tajba u l-inkorraġiment li tkun ser tidħol f’kapitlu sabiħ, għalkemm ta’ sfida, fil-ħajja tiegħek. Hekk kif tipprepara biex tagħti merħba lit-tarbija tiegħek, tħoss ċertu kburija għall-ħsieb tar-rwol tiegħek bħala ġenitur: Kif ser tgħaġġen il-moħħ ta’ żagħżugħ/a, tħalli l-impatt fuqu jew fuqha bl-għerf, intuwitu u għarfien.Aqra aktar
Jiena eżawrit u għajjien ħafna u ma kellix lejl tajjeb ta’ mistrieħ minn meta ċċaqlaqna. Kulħadd jgħidli biex nieqaf ninkwieta, l-affarijiet ser jaħdmu, eċċ, eċċ. Jiena nifhimha. Ġeneralment l-affarijiet jaħdmu minkejja l-waqgħat li rridu niffaċċjaw sakemm naslu għad-destinazzjoni, imma ma nistax ineħħi din il-biża’ minn fuqi…Aqra aktar
Li tkun carer kultant jaf jagħmilha diffiċli biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Il-prijoritajiet qed jinbidlu hekk kif il‑marda tipprogressa u li tieħu kura tiegħek innifsek ġeneralment jieħu l-aħħar post f’lista twila ta’ doveri tqal. Li tieħu ħsieb persuna maħbuba mhux kompitu faċli, imma hu importanti li tifhem il-valur li tkun carer u li tgħix tajjeb. Li tkun tajjeb psikoloġikament u fiżikament jgħinek tipprovdi kura ta’ kwalità, Hawn isfel ser issib suġġerimenti utli biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek.Aqra aktar
L-istress huwa parti mill-ħajja ta’ kuljum u, għal ħafna carers, l-istress jista’ jkun fattur ewlieni li jaffettwa saħħithom. L-istress jiġi kkawżat mill-ħafna talbiet magħmula fuq il-ħin u l-enerġija tagħna u l-aspettazzjonijiet li għandna għalina nfusna. Mhux kull stress hu negattiv – l-istress jista’ jallertak għal perikli potenzjali u jista’ jġiegħlek tikseb għan jew itemm biċċa xogħol. Madanakollu, xi kultant il-bilanċ jixxengel wisq u l-pressjoni ssir tant intensa jew tant persistenti li inti tista’ tħossok inkapaċi tlaħħaq.Aqra aktar
Meta nkunu qed naħsbu dwar rilassament, ġeneralment naħsbu biex nagħmlu attivitajiet li nieħdu gost bħal irqad, naraw it-TV, noħorġu mal-ħbieb. Huwa veru li meta nagħtu ħin lilna nfusna nkunu qed nirrilassaw, imma hemm tekniki speċifiċi li jgħinuna nnaqqsu l-istress malajr anke jekk inkunu fuq ix-xogħol jew fuq waqfa għal tal-linja.Aqra aktar
Naħseb li l-għoti ta’ kura lil qarib li tħobb ħafna li jkun qed jiżviluppa marda bħal din hija esperjenza iebsa, iebsa ħafna f’xi waqtiet. Ħassejt lil ommi qed titbiegħed minni l-ħin kollu u saret diffiċli dejjem aktar u aktar biex nimmaniġġja…Aqra aktar