minn Casandra Porter • 7 t’Awwissu, 2013 •

caregiving 1Jiena eżawrit u għajjien ħafna u ma kellix lejl tajjeb ta’ mistrieħ minn meta ċċaqlaqna.

Kulħadd jgħidli biex nieqaf ninkwieta, l-affarijiet ser jaħdmu, eċċ, eċċ. Jiena nifhimha. Ġeneralment l-affarijiet jaħdmu minkejja l-waqgħat li rridu niffaċċjaw sakemm naslu għad-destinazzjoni, imma ma nistax ineħħi din il-biża’ minn fuqi.

Meta konna qed noqgħodu waħedna, ma kontx norqod, lanqas. Fuq medja, ikolli madwar 4 sigħat f’lejl. Jekk ikolli. Kont nibża’ mmur norqod u nqum b’Marc ikollu attakk pupletiku jew jeħtieġ xi xorta t’għajnuna. Imma rnexxieli nagħmilha taħdem. Naħdem u nieħu ħsieb Marc. Ħafna stress, imma bqajt għaddeja.

Inħossi li ma nistax niċċaqlaq, u dan hu li jdejjaqni. Jiena mdorrija nagħmel dan. Jekk mhux għal Marc għal xi ħadd ieħor. U raġuni EWLENIJA għal din il-mossa hi għax kienu ħafna l-persuni li kienu joqgħodu fuqi l-ħin kollu imma ma stajt noqgħod fuq ħadd jiena. U ċ-ċaqlieq naqqas id-dipendenza tagħhom fuqi. Kienet biex nieħu waqfa.

Madanakollu, issa qed nirrealizza, li għalkemm dejjem kont għaddej, għajjien u rrabjat bin-nuqqas ta’ għajnuna li rċevejt, id-dipendenza tagħhom fuqi għamilni dipendenti fuhom. Kont neħtieġ li kellhom bżonnuni kostantament sabiex nibqa’ iffokat u niċċaqlaq.

Issa, tifhimniex ħażin, għalkemm m’iniex naħdem, m’iniex qed noqgħod bilqiegħda ma nagħmel xejn, lanqas. Qed nagħmel ħafna affarijiet. Imma xejn li jinħass … produttiv.

Marc kien determinat ħafna li jerġa’ jikseb l-indipendenza tiegħu. Għalhekk, ħallejtu u lil ħabib tiegħu jiġġerrew. Jagħmlu li jridu kull meta jridu. Ġaladarba jkun ħa l-mediċini tiegħu (li jaqbad idaħħal rasu fi kwalunkwe kamra nkun fiha biex jgħidli li għamel hekk) allura tassew għaddej ħajja. Jilgħab il-logħob bil-vidjow, jara l-films, kartuns u jilgħab aktar logħob bil-vidjow. O, għedtlek, li r-raġel tiegħi jħobb jilgħab.

Tal-ġenn! Minħabba li għal żmien twil qatt ma ried iħares lejn il-logħob tal-vidjow. Ma ried jagħmel xejn. Tant kien depress. Jiena kuntenta li hu ferħan u mqanqal jagħmel xi ħaġa… hi x’inhi.

Imma jiena, min-naħa l-oħra qed inħossni tant demotivata. Li hi r-raġuni ewlenija għaliex ikolli attakki ta’ paniku u ma nistax norqod..

Dak li jnikkitni hu … hemm miljun ħaġa li ridt nagħmel. Proġetti ta’ snajja’ li xtaqt nibda. Kitbiet li ridt inlesti. Klassijiet li ridt nidħol għalihom. Kotba li ridt inlesti jew ridt li nibda. Imma m’għandi l-ebda ħeġġa nagħmel xejn minn dawn.

Prinċipalment il-jiem tiegħi nqattgħhom nipprova nisforza lili nnifsi biex inbexxaq għajni għal aktar minn ħames minuti kull darba, ninkwieta dwar Marc u l-kwistjoni tal-assikurazzjoni u kull ħaġa oħra, jew innaddaf. U ħa ngħidlek, m’hemmx wisq x’innaddaf.

Jiena l-akbar għadu tiegħi nnifsi issa u rrid nagħti bil-ħarta lili nnifsi u ngħid, “Oħroġ minnha!”

Illum huwa l-ewwel appuntament ta’ Marc mat-tabib ġdid tiegħu. M’assikurawnix li ser jarawna sakemm morna hemmhekk. Għandna pjan biex immorru l-Emerġenza u nitolbu MRI meta nkunu hemm jekk jirrifjutaw li jarawna; madanakollu, qed nittama li l-akbar biża’ tiegħi li ġabet miegħu din l-imġieba paralizzanti tiġi mneħħija b’dan l‑appuntament u llejla nkun nista’ norqod. Dan l-appuntament huwa l-akbar kwistjoni fuq moħħi attwalment.

Awguralna!

minn Casandra Porter • 3 t’Awwissu, 2013 •

Jiena nħobb ir-raġel tiegħi.

Din il-frażi li ta’ spiss nirrepeti, ngħajjat jew lili nnifsi, ma jimpurtax. Hija bħall-istruzzjonijiet għax-xampu, Laħlaħ u rrepeti.

Jiena nħobb ir-raġel tiegħi.

U wara li għidt hekk… Huwa ksur fil-patata!

Huwa l-aktar bniedem li jdaħħaq, l-aktar bniedem li jagħti kas u li jħobb li qatt kont naf imma ma jieħux ħsieb tiegħu nnifsu.

Kien jieħu pjaċir ikollu sessjonijiet ta’ workout. Infatti, tant kien jieħu pjaċir jagħmel workout kien dak kollu li kien jagħmel qabel marad. L-idea tiegħu ta’ kif jieħu gost kienet li jgħolli l-piżijiet waqt li tiegħi kienet li ngħolli d-donuts. Imma JOBGĦOD jieħu l-mediċina. Jobgħod jitkellem dwaru nnifsu f’termini ta’ kif iħossu. Emozzjonijiet, dawk x’inhuma? Għandu żewġ kontrolli: Ikun xi jkun u Ikun xi jkun Deluks.

Infakkar lil ommi kull darba, jien m’għandix tfal. Ir-rispons tagħha hu, “Iva, għandek, tarbija ġganteska.” U nidħqu dawrha imma fil-fond ta’ qalbi, jien ninkedd. Veru. Madanakollu, ir-rivers jista’ jingħad meta jkun hemm affarijiet li kieku nista’ ma nagħmilhomx, bħal ħu dik il-mixja meta nkun nista’ nieħu dak il-kejk minflok. U, wara li nkun mgħajjra minn Marc dwar it-tgergir tiegħi, naqfel iż-żarbun u naqbdu l-bankina, noqgħod ingerger it-triq kollha.

U hekk sar jagħmel b’affarijiet marbuta mas-saħħa tiegħu issa, li ħloqt il-lista ta’ verifiċi misħuta. Wara li kont għand tant appuntamenti ta’ tobba, tgħallimt kif u għal xiex jiċċekkjaw u sabiex inżomm għajnejja fuq dawk l-affarijiet li hu l-inqas li jieħu ħsieb.

minn Cindy • 1 t’Awwissu, 2013 •

caregiving 2Jiena Cindy u għandi 57 sena, u ili nagħti l-kura lil missieri ta’ 85 sena għal diversi snin issa. Ir-raġel tiegħi Jim, u jiena qisna għadna kif iżżewwiġna, qed inlestu biex niċċelebraw l-anniversarju tat-tieni sena fl-20 t’Awwissu 2013. Jim jaħdem full-time. Jiena ili fuq diżabilità medika għal tal-anqas ħames snin u nofs minħabba osteoartrite severa u ġerħa f’dahri. Inbati wkoll mid-depressjoni u l-fibromijalġja, u għalhekk niġġieled l-għeja u l-uġigħ kroniku.

Qed nippjana li nibda nibbloggja dwar dawn il-kwistjonijiet kollha, u li mmiss fi żminijiet diversi fuq l-aspetti varji ta’ din l-esperjenza fl-għoti ta’ kura, li jinkludu l-istress ta’ meta tkun fi żwieġ ġdid u li tkun qed tgħix ma’ raġel ġdid fid-dar tat-tfulija tiegħi ma’ missieri, in-natura estremament negattiva ta’ missieri, kif niffaċċja l-kwistjonijiet tiegħi stess dwar id-depressjoni u l-uġigħ, u kif niffaċċja it-triq mhix magħrufa ta’ quddiemi.

Ir-raġel tiegħi Jim, u jiena  morna noqgħodu ma’ missieri sabiex nieħdu ħsiebu fi tmiem il-ġimgħa ta’ Memorial Day ta’ din is-sena.   Konna tkellimna dwar il-possibilità li mmorru noqgħodu hemm fid-diversi xhur ta’ qabel, imma oriġinarjament konna ser nagħmlu hekk bil-mod. Jim u jiena konna noqgħodu madwar 45 minuta ’l bogħod mid-dar tat-tfuliti. Oriġinarjament missieri kien qed jiġi kkurat għal kanċer tal-prostata u l-istadji bikrija ta’ dimenzja, kif ukoll għal xi kwistjonijiet marbuta mal-qalb (taħbit u ritmu irregolari). Kien waqaf isuq, u ammetta miegħi li kien jintilef. (Kienet ta’ serħan il-moħħ għalih biex jieħu d-deċiżjoni waħdu biex jieqaf isuq!) Allura kont qed immur id-dar tiegħu tal-anqas darba fil-ġimgħa biex immur nixtri l-proviżjonijiet u nieħdu għand it-tabib. Konna diġà għidna lil missieri li konna mħassbin dwaru peress li kien qed jgħix waħdu u kellu għażla li jew immur jgħix f’ħajja assistita, jew inkella aħna nidħlu ngħixu miegħu.

Ħadtu biex jara kif tkun il-ħajja assistita, imma ma kienx impressjonat. Allura konna ddeċidejna li nagħmlu ċaqlieqa BIL-MOD għal ġod-dar tiegħu, peress li kellna dar kbira mimlija għamara u “affarijiet” oħra, u hekk ukoll missieri. Konna ser nieħdu ż-żmien tagħna u nbiegħu xi affarijiet, nagħmlu l-wisgħa, u nidħlu fiha.

Imbagħad missieri marad sew u kellu jiddaħħal l-isptar. Aktar testijiet urew li kellu kanċer fil-kolon qed jinfirex bil-mod u kanċer fil-bużżieqa li qed jinfirex malajr. Missieri għandu 85 sena u ilu armel sa minn mindu mietet ommi 12-il sena ilu bil-kanċer tal-pulmun. Mhu interessat fl-ebda intervent kirurġiku, kimoterapija jew terapija ta’ radjazzjoni, u jiena naqbel ma’ dan. Kienu kapaċi jneħħu t-tumur tal-bużżieqa, imma sfortunatament, huwa t-tip ta’ kanċer li hu integrat ġor-rita tal-bużżieqa u hu kanċer li jiżviluppa malajr. Ikollu bżonn intervent kirurġiku għat‑tumur fil-kolon, li għażel li ma jkollux. It-tobba qalu li l-kanċer tal-bużżieqa ser jiżviluppa aktar malajr mit‑tumur fil-kolon, xorta waħda.

Spiċċajna għamilna l-mossa tagħna malajr minflok bil-mod, peress li ma setgħax ikun waħdu ġaladarba kien rilaxxat mill-isptar. Kienet ċaqlieqa stressanti ħafna! L-ewwel xahar kien qisu wieħed imċajpar. Inħass li ttieħed tal-anqas dak iż-żmien kollu biex jinstabu l-kaxex li żammew l-oġġetti ta’ kuljum li kellna bżonn, u għat-tlieta li aħna biex ikollna xi ħaġa li forsi tixbaħ xi ftit xi rutina. Hekk kif qed nikteb, aħna ser intemmu l-aħħar tielet xahar ta’ din is-sitwazzjoni ġdida f’ħajjitna.

Missieri, Jim u jiena lkoll imorru għand l-istess tabiba, li tant tagħtna għajnuna! It-tabiba tagħna hija mara kbira li ili naf għal madwar 25 sena.  Ġaladarba ċċaqlaqna, hi rakkomandat li ninvolvi lil ħospis għal kura ta’ missieri, billi spjegatli li l-ħospis mhix biss qegħda għal persuni li jinsabu “fi tmiem”, kif jaħsbu ħafna nies, u li xi pazjenti jkunu fil-hospice għal sena sa sentejn. Għamlitli r-referenza u kienet ta’ solljev kbir ġaladarba ġie mdaħħal fil-programm tagħhom. Huwa rassikuranki tkun taf li hemm xi ħadd li nista’ nsejjaħ fi kwalunkwe ħin, 24/7, jekk ikolli xi problema jew mistoqsija!.

Attwalment, ners minn tal-ħospis tiġi darba fil-ġimgħa biex tiċċekkja l-partijiet vitali, titkellem dwar il-mediċina tiegħu, u tara kif sejrin l-affarijiet. Missieri huwa ambulatorju u sejjer mhux ħażin attwalment. Huwa jorqod ħafna. Jieħu gost joqgħod fil-kċina u jara t-televiżjoni. Dar missieri tinsab fuq livell maqsum, allura Jim u jiena morna noqgħodu fil-kamra tal-familja isfel, għal ftit privatezza. Installajna bieb biex nisseparaw l-ispazju tagħna minn mal-kċina.

Liwja oħra fl-istorja tiegħi hi li jiena qrib ħafna man-neputija ta’ disa’ snin u nofs tiegħi u kienet tiġi għandi kull tmiem il-ġimgħa l-ieħor minn meta twildet.  Għalhekk, kull ħmistax fi tmiem il-ġimgħa l-ieħor, hija tagħmel parti minn din il-ħajja ġdida għand dar missieri, ukoll.

Hawn uħud mill-affarijiet li nixtieq nibbloggja fuqhom fil-futur:

Kif tiffaċċja n-negattività ta’ missieri – tipprova tgawdi ħin miegħu

Kif niffaċċja l-marda tiegħi kif ukoll dik ta’ missieri.

Nipprova nsib mezz biex ma nistressjax lili nnifsi u nieħu ħsieb tiegħi nnifsi.

Il-biża’ tat-triq mhix magħrufa ’l quddiem

Kif nipprova nżomm il-ħajja personali u dik soċjali tagħna bħala koppja

Kif nipprova nivvjaġġa, ngawdi vaganza mingħajr ma ninkwieta fuq missieri

Kull tmiem il-ġimgħa l-ieħor – 3 ġenerazzjonijiet taħt saqaf wieħed.

Kif ser inġib il-qattus tagħna f’dar ta’ persuna li jobgħod il-qtates.

Inħares ’il quddiem biex naqsam l-istorja tiegħi ma dik ta’ fornituri tal-kura oħrajn. L-għan tiegħi hu li nneħħi ftit fwar, nikkumpattixxi lil oħrajn, naqsam ideat għal strateġiji kif wieħed ilaħħaq, u nagħti u nirċievi appoġġ emozzjonali.

Nieħu gost nikteb u nħoss li dan il-blogg ser ikun terapewtiku għalija. Ninsab ħerqana biex insir nafek. Ħossok liberu li tagħtini l-kummenti, pariri, jew tistaqsi mistoqsijiet. Grazzi!

 

Nota tal-Editur: Jekk jogħġbok ħossok liberu li taqbad ma’ Cindy permezz tal-paġna tal-profil tagħha: @kccindy56.

minn atisMOM • 30 ta’ Lulju, 2013 •

caregiving3Ommi tkun ħerqana meta jasal iċ-ċekk tagħha ta’ kull xahar. Jiena neċita ruħi nantiċipa l-eċitament tagħha. Ir‑raġel tiegħi u jiena minn dejjem għamilna l-aħjar biex noħorġu magħha u sabiex nagħmlu żgur li jkollha l-flus fil‑portmoni tagħha.

Il-familja tiegħi ma jistgħux jifhmu għal xiex nibqgħu nagħtuha l-flus għal portmoni tagħha għax ‘hi qatt ma tmur imkien fir-realtà.” Minħabba…. Issir eċitata u kuntenta billi tkun taf li hi GĦANDA flusha. Anke jekk tkun $1.00, tkun kuntenta! “Għaliex teħduha tmur tixtri l-istess affarijiet mill-ġdid? Minħabba! Hi kuntenta b’miljum axxuguman tal-wiċċ, 10 miljum axxuguman. (Qed neżaġera, imma għandha ĦAFNA). Ir-raġel tiegħi u jiena nsibu l-ferħ meta naraw il-kuntentezza tagħha fil-ħanut meta taqbad dak li trid u kull ma tista’ tiffittja fuq dirgħajha jew fuq kuxxtejha.

Allura għal Awwissu, il-mawra għax-xiri tagħna hi għal … flokkijiet tax-xitwa. Lol! “Ma, għandek tunnelata flokkijiet tax-xitwa!” Għal dak ommi twieġeb, “Nista’ nġib dawk bil-fjuri fuqhom?” Okej. Tifhimnix ħażin, qegħdin ’il bogħod milli nkunu finanzjarjament tajbin. Aħna xorta nibqgħu niffaċċjaw it-taqbidiet finanzjarji tagħna, imma mhux tort tagħha li hi fl-istat li tinsab fih, sewwa?!?! Anke meta ebda wieħed mill-fornimenti ta’ inkontinenza u mediċina eċċ tagħha ma kienu koperti mill-assikurazzjoni, dejjem għamilna żgur li kellha xi ħaġa!

Xi kultant inħoss li l-jiem il-ħżiena jisbqu l-ġranet tajbin b’ħafna. Imma huma ġranet sbieħ bħal dawn li kollox jiġi apprezzat!

minn Denine • 26 t’Awwissu, 2013 •

 caregiving 4(Li ġej huwa sintesi qasira ta’ konversazzjoni li kelli ma’ Nanna.)

“Regola #1, “In-Nanna qalet b’mod emfatiku. “Tgħaġġilnix. Nasal hemm.

Konna fuq il-mejda tal-kolazzjon, qed nitkellmu dwar il-mawra li jmiss tagħna fir-Repubblika Domenikana. Kont ili nipprepara lin-Nanna għal dan il-vjaġġ dawn l-aħħar jiem, u nfakkarha li jiena ser inkun insejjer għal ġimgħa.

“Min ser jieħu ħsiebi meta inti ma tkunx hawn?” Staqsiet. Kont kuntent nisma’ li m’hemmx biża’ fil-vuċi tagħha, kurżita biss. “Min ser ikun fit-tim tiegħek?”

Tbissimt. It-tim tiegħi?  Trid tgħid, It-tim tiegħek hux, peress li ser ikunu qed jieħdu ħsiebek?

“Le, ridt ngħid it-tim tiegħek, għax inti tpoġġi lil kulħadd f’postu.”

Irrevedejna l-iskeda ta’ kull ġimgħa fuq il-lavanja l-bajda. “Min ġej illum?” Staqsejtha.

“Umm… Eric. Min hu erġa’ għidli?”

“Derrick,” Ikkoreġejtha.

“Hekk hu! Derrick Nafu. Dak in-neputi tiegħi,”qalet imkabbra.

“Agħlaq! Jiena x’jien għalik?”

“Inti n-neputija… le stenna, inti t-tifla tat-tifla. Allura Derrick hu t-tifel tat-tifel.”

“Tajjeb,” Ikkonfermajt. “Ġej illum. Ser jieħu ħsiebek fl-ewwel jumejn. Ċempilli l-jum l-ieħor, qalli li huwa ħerqan li jqatta’ l-ħin miegħek.”

Ħarset lejja b’attenzjoni. “Iva, Imma hu ma jafx dwar il-ħasil,” qalet, b’referenza għad-doċċi li nagħtiha.

“Veru, imma mhux ser ikollok bżonn doċċa meta jkun hawn. Hu ser ikun hawn għal jum u nofs, u mbagħad…” erġajna ċċekkjajna l-iskeda darb oħra.

“Il-Ġimgħa,” iddikjarat. “Tiġi ommok.”

“Hekk hu! U ser tkun hawn il-ġimgħa kollha. U hekk qabel ma tkun taf, inkun erġajt wasalt!”

Ħadet nifs il-ġewwa. “Nittama biss li ommok ma tgħaġilnix. Dejjem tridni naqbeż meta tgħid aqbeż. U mbagħad jiena NIEQAF u ma nagħmel xejn!”

“Nanna,” għidtila b’leħen sod. “Trid tiftakar. Jien inqatta’ jum sħiħ miegħek, u tgħallimt kemm tista’ timxi mgħaġġla. Ommi qed titgħallem dak, u tjiebet ħafna dwar dan. Imma int trid tkun paċenzjuża magħha, hekk kif inti tistenna li tkun paċenzjuża miegħek.”

“M’għandix paċenzja. Il-marda ħaditha magħha.”

Tajtha ħarsa iebsa. “Għax inti marida ma jfissirx li ma tistax tkun pjaċevoli.”

Qagħdet kwieta.

“Xorta trid tittratta lin-nies sew,” enfasizzajt.

“Naf, għandek raġun. Għalhekk ma għidt xejn. Naf kif għandi nagħlaq ħalqi meta ma jkollix raġun.”

Bdejt nidħaq.

Hi ħadet tnehieda. “Nittama biss li kollox imur sew, li n-nies jifhmu kif għandhom jieħdu ħsiebi.”

Hemm meta ġibt l-idea swar ir-Regoli tan-Nanna. Ħriġt l-ismartphone u tellajt in-Notes app. “Okej, x’inhuma r-regoli li għandek għatim tiegħi?” Staqsejtha.

“Regola #1, “In-Nanna qalet b’mod emfatiku. “Tgħaġġilnix. Ser nasal hemm.”

Qatt ma morna aktar lil hinn mill-ewwel regola. U nissuspeta li dak kollu li n-Nanna teħtieġ, hu li jkollha xi tagħrif dwar il-kura tagħha. Stampajt ir-regola b’tipa grassa u waħħaltha bit-tejp fuq il-ħajt tal-kamra tas-sodda tagħha.

Tkellimna dwar affarijiet oħra – dwar x’taħseb dwar il-persuna ġdida li qed tattendiha fid-dar. “Hija tajba… imma dak kollu li nista’ ngħid dwarha.”

Staqsietni jekk qatt ngħajjiex nieħu ħsiebha. “Iva,” għidtilha. Tatni ħarsa miksura. “Inti qatt ma għajjejt tieħu ħsieb uliedek meta kienu għadhom żgħar?” Hija għamlet sinjal b’rasha. “Xi kultant iva, ngħejja nieħu ħsiebek. U xi kultant inti tgħejja tgħidli x’għandi nagħmel. Imma okej, minħabba li nħobbu lil xulxin u l-ebda wieħed minna mhu sejjer imkien.” “U napprezzha,” qalet. “Imma naħseb li għandek bżonn xi għajnuna biex ma tgħejjix iżżejjed.” Niftehmu.

Qabel ma għintha tidħol fis-sodda għar-raqda ta’ filgħodu, ħarset lejja u ddikjarat. “Nixtieq nagħtik xi flus għal vjaġġ tiegħek.” Ħasbet fuqha għal xi mument. “Għandi flus?”

“Iva, Nann, għandek ħafna flus,”assikurajtha, nesaġera xi ftit. “Imma għamilli pjaċir – żommu għalija sakemm niġi lura sabiex inkun nista’ nixtri ftit ħwejjeġ għax-xitwa.” Irid nibqa’ nassikurha li ser niġi lura, u li għandna x-xitwa u ħafna avventuri quddiemna.

“Okej, nagħmlu hekk mela. Inkellem lil zijuk biex inġibu aktar flus minn ġol-bank.”

Billi naf li ma tibqax tiftakar il-konversazzjoni meta tqum, sempliċiment irrispondejt, “Grazzi Nann.”

Permess ġentili minn

CareGiving.com. We care for you. Żur is-sit...