Id-DVD Coping with Dimentia (fil-lingwa Ingliża) jikkonsisti minn 7 kapitli u hu indirizzat għal persuni li jkunu qed jieħdu ħsieb persuna fl-istadji tan-nofs jew tardivi tad-dimenzja. F’din il-paġna ser issib 4 kapitli minn 7. Kapitlu 1, 4, 6 u 7. Dawn il-films qosra ser jgħinuk tifhem id-dimenzja u titgħallem minn esperjenzi ta’ carers oħra. Tipprovdi wkoll suġġerimenti prattiċi dwar il-kura.

 

Il-vidjows u t-transcripts kollha jinkludu riferimenti għal Scotish Health System peress li oriġinarjament il-vidjows kienu żviluppati biex jipprovdu informazzjoni u appoġġ għal carers Skoċċiżi minn NHS Health Scotland, Alzheimer Scotland u l-grupp ta’ ħidma Skoċċiż dwar id-dimenzja. 

Transcript tal-vidjow Kif Tlaħħaq mal-Kura

Merħba għal dan id-DVD għal persuni li jieħdu ħsieb xi ħadd qrib tagħhom b’dimenzja moderata għal severa. Ser tisma’ mingħand carers oħra, u ser issib modi prattiċi kif tiffaċċja u ssib l-għajnuna. Hemm ħafna tipi ta’ dimenzja u kull waħda minnhom hija differenti, għalhekk ftakar, mhux dak kollu li nitkellmu dwaru ser iseħħ lilek u lill‑persuna li inti tieħu ħsieb; imma jekk jiġri hekk, inti tkun kapaċi aktar li tiffaċċjha.


Reazzjonijiet emozzjonali

Naħseb li l-għoti ta’ kura lil qarib li tħobb ħafna li jkun qed jiżviluppa marda bħal din hija esperjenza iebsa, iebsa ħafna f’xi waqtiet. Ħassejt lil ommi qed titbiegħed minni l-ħin kollu u saret diffiċli dejjem aktar u aktar biex nimmaniġġja.
Ikun hemm żminijiet li jkun hemm mumenti aktar ħfief u jien niftakar meta kelli lil ommi f’Milied wieħed, sabiex tqatta’ Jum il-Milied magħna u r-raġel tiegħi li hi ilha taf għal madwar 20 sena u li hija qrib ħafna tiegħu, qagħdet tirreferi għalih bħala ‘is-sewwieq’ – is-sewwieq huwa minn tagħna – u trid issib l-umoriżmu f’dawn il-mumenti u tħalli kollox għaddej.
Naħseb li l-aktar ħaġa iebsa kienet li taċċetta s-sitwazzjoni meta d-dimenzja kienet djanjostikata fuq Andrew.  Ħadd ma jemmnek, anke inti ma temminx, hu ma jemminix, ‘m’hemm xejn ħażin fija’, jgħid hu u inti trid tipprova u tiffaċċja dan, u probabbilment qatt ma ħassejtni daqshekk waħdi f’ħajti għax f’daqqa waħda id-dinja kollha kienet qed tinbidel madwari, hu kien qed jinbidel, affarijiet li nnutajt u ma stajtx nifhem għal xiex, issa bdejt nifhimhom għax in-nies kienu qed jgħallmuni kif nista’ niffaċċjhom imma sa dak il-punt tant kont waħdi.

Nieħu pjaċir meta nżur lil Betty. Hi kuntenta ħafna meta tarani u dejjem iżżommli idi. Betty issir aħkar ħajja meta nkun magħha. Tkun qed tistenna li tiekol il-kejk bil-pandispanja li nġibilha. Hija bidu għal konverżazzjoni tajba u jkollna daħqa tajba flimkien.

Imma meta nitlaq u mmur id-dar, Betty tinbidel u taqta’ qalbha. Dan minħabba li tkun waħedha, titħalla hemm mal-erba’ ħitan, u Betty issir emozzjonali ħafna u ssir iżolata mill-ġdid għal darb’ oħra. Betty tkun tridni l-ħin kollu, 24 siegħa. Trid dak l-inkorraġiment meta tilgħab il-logħob, tidħaq u l-kumpanija. Mingħajri tkun waħedha.

Is-sitwazzjoni tiegħi kienet li missieri kien fit-tmeninijiet meta ġie dijanjostikat bil-marda ta’ Alzheimier u ommi wkoll kienet anzjana, allura kienet diffiċli għaliha li taġġusta għal missieri li kien qed jitlef il-memorja u jitlef xi wħud mill-ħiliet fil-ħajja ta’ kuljum u jsir aktar dipendenti fuqha. Allura, oħti u jiena kellna, mhux biss insostnu lil missieri, imma insostnu lil ommi sabiex tieħu ħsiebu.

Naħseb li waħda mill-aħjar affarijiet ma’ missieri meta kien qed isir inqas konxju tad-dinja ta’ madwaru, kienet li kien kapaċi jieħu gost bil-mument, u allura kellna xi żminijiet sbieħ flimkien billi nidħqu b’affarijiet li kienu jgħoġbuh u jiddiverti jkun barra u jiltaqa’ man-nies li kien jaf u dawk l-affarijiet, u kien iħobb ikanta u dik kienet sabiħa ħafna tarah jieħu gost ikanta. Kien jgħid “smajtha din?’, u jniedi fuq l-istess kanzunetta għall-għaxar darba dak il-jum imma tant kienet tajba u tant kien jieħu pjaċir.

Ħaġa waħda li kienet iddaħħaqna kienet meta missieri ttieħed minn social worker biex iżur Lomond Shores darba minnhom, u waqt li kienu qed jaraw il-papri fuq il-loch missieri tant ħa gost bihom bil-mutetti tal-papri li daħaq bil‑qalb u n-nies tal-madwar daharu biex jaraw biex kien qed jidħaq u huma lkoll infagħu jidħqu, allura naħseb li ġab pjaċir u daħq madwaru kull fejn kien ikun.

Il-carers jiġu minn kull strata tal-ħajja. Għandu mnejn tkun tlaqt ix-xogħol tiegħek u jkollok timmaniġġja bi dħul inqas minn qabel, jew kellek tiċċaqlaq mid-dar. Jekk tieħu ħsieb il-partner tiegħek allura għandek mnejn tħoss in‑nuqqas tal-appoġġ tiegħu jew tagħha u bidliet oħra li jistgħu jippreżentaw rwieħhom li fil-passat kienu jżommukom qrib xulxin. Il-kura mid-distanza ġġib magħha l-inkwiet tagħha ukoll.
Inti ser issir l-espert peress li ser tara l-bidliet fil-persuna li oħrajn ma jarawx; allura għandek mnejn tħoss li persuni oħra ma jifhmukx b’mod sħiħ, li jista’ jkun frustranti u jġagħlek tħossok waħdek. Imma huwa importanti tiftakar li inti m’għandekx għalfejn tagħmel dan waħdek. Itlob għal għajnuna fi stadju bikri – huwa disponibbli. Toqgħodx iġġemma’ l-emozzjonijiet tiegħek. Tkellem ma ħabib jew qarib li taf li ser jisimgħek, jew inkella tkellem ma’ professjonista, jew xi ħadd li jista’ joffrulek sostemm spiritwali li jista’ jkun ikun aktar tajjeb għalik.

 

[…]
Carers oħra abbli għaddew mill-istess affarijiet, u jekk tkellimhom għandhom mnejn jgħinuk. Hemm gruppi ta’ carers f’ħafna żoni.

Għall-ewwel il-ħbieb u l-familja tiegħi kienu jkunu kollha hemm, imma hekk kif beda jgħaddi ż-żmien ħassejtni li qiegħed f’bajja kbira, u l-marea kienet marret, u kont ninsab waħdi.

Huwa importanti li ma tgħattix il-fatt li l-qarib għandu d-dimenzja. M’hemm xejn x’wieħed jisħi minn dan.

Ġaladarba bdejt nkellem lil ħbieb u l-familja tiegħi dwar id-dimenzja, l-affarijiet inbiddlu, u kont kapaċi nistaqsihom għall-għajnuna.

Transript mill-vidjow Ħu ħsieb tiegħek innifsek

Insir strssjat u l-familja tgħinni ħafna. Persuna li tagħti l-għajnuna fid-djar qaltli “jeħtieġ li toħroġ ‘il barra mid-dar”. Mur għand Deaf Connections”. Dan lili jgħinni għax jiena trux. Immur nilgħab iċ-ċess li nħobb. Jgħinni nistrieħ u nirrilassa.
Iddeċidejt li ma naqtax mix-xogħol kompletament imma nnegozzjajt sigħat ma’ min jimpjegani u bdejt naħdem part-time biex inkun nista’ nagħti ħin lil ommi imma kont qed insib l-appoġġ u l-motivazzjoni mill-kollegi tiegħi ukoll, is-sodisfazzjon li ħadt meta bqajt immur ix-xogħol.

Nissoponi, fil-ħin tiegħi, xi ħaġa li sibt t’għajnuna kbira kienet li kont immur mixjiet twal – dik xi ħaġa li dejjem kont noqgħod fuqha fi żminijiet diffiċli.

Waħda mill-aktar affarijiet diffiċli b’dan kienet li taċċetta li inti trid tkun perfett, trid tagħmel l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel għar-raġel tiegħek u tingħata din il-lista twila t’affarijiet li trid tagħmel, u f’daqqa waħda tirrealizza li ma tistax tagħmel u tħossok inkredibilment ħati meta ma tagħmilhiex.  Inti m’intix dan il-paragon ta’ virtù, m’intix din il‑persuna, din il-persuna sopraumana, li tista’ tkun qed tagħmel il-ħaġa t-tajba fil-ħin tajjeb, f’kull ħin u tassew l‑agħar ħaġa hi li tagħraf dan u tirrealizza li m’għandekx tħossok kolpevoli tagħha.

Sibt li jekk ma nkunx fiżikament tajjeb, ma nlaħħaqx. U għalhekk, għamilt eżerċizzju, immur ngħum, nagħmel iċ-ċikliżmu, naħdem fil-ġnien, u nżomm attiv minħabba li jekk inkun fiżikament tajjeb, inkun nista’ nlaħħaq ferm aktar.
Irranġa waqfiet regolari. Il-familja, il-ħbieb, servizz lokali ta’ appoġġ fid-dar u ċ-ċentri ta’ matul il-jum jistgħu jgħinu. Itlob għal break qasir ta’ soljev sabiex ikollok weekend, ġimgħa jew aktar ’il bogħod. It-taqsima Getting Help f’dan id-DVD ser tgħidlek kif.
Ipprova tkunx iżolat. Spjega s-sitwazzjoni lil familja u ħbieb. Il-fuljett “Ngħaddi bi ftit għajnuna mill ħbieb tiegħi” ser tgħin lilek u tispjega lilhom x’jistgħu jagħmlu biex jgħinu.

Ħu ħin għalik. Xi tħobb tagħmel? Sib ftit ħin għalik kuljum, anke jekk ikunu biss ftit minuti.

 

Inti u l-familja tiegħek

Ħafna persuni bid-dimenzja jieħdu gost iqattgħu l-ħin ma’ tfal. Tkellem mat-tfal dwar il-marda. Għinhom jifhmu. Offri li tispjegha lil ħbieb tagħhom ukoll. Il-fuljett “Understanding dementia – a guide to Young carers” jista’ jgħinhom.

Meta konna iżgħar konna mmorru fi djar tal-anzjani u konna nagħmlu l-kartolini tal-Milied u mmorru u nagħtuhomlhom u nqattgħu madwar siegħa nitkellmu magħhom u nisimgħu stejjer dwar il-Milidijiet tagħhom u ngħidulhom x’aħna nagħmlu fil-Milied tagħna u hekk. Konna nitkellmu magħhom u kienet tajba għalihom għax ħafna minnhom ma kienx baqgħalhom ħbieb jew familja u l-aktar minħabba li ħafna minnhom kienu akbar u allura irnexxilhom jgħidu kelma ma xi ħadd, li kienet xi ħaġa tajba, u kienet sabiħa.
Meta tieħu ħsieb persuna b’dimenzja jġib taqlib kbir fir-relazzjonijiet familjari. Huwa possibbli li għandek mnejn tħoss li qed tagħmel aktar minn dak li suppost tagħmel u dan idejqek, jew inkella l-familja tinkwetak u tgħajjik.
Tkellem mal-kumplament tal-familja. Diskussjoni speċifika dwar kif tieħu ħsieb il-persuna bid-dimenzja tista’ tkun t’għajnuna. Li jkollok xi ħadd ieħor jieħu sehem, bħal ħabib tal-qalb, social worker, tabib jew qassis jistgħu jgħinu lil kulħadd sabiex ikun hemm smigħ xieraq u jissolva n-nuqqas ta’ qbil dwar x’inhu l-aħjar.

 

Aqsam il-kura

Il-benefiċċji li tikseb għajnuna fi stadju bikri jgħinu bl-iżolament għax tista’ tkun iżolat jekk taħseb li ħadd ma jifhem, allura mil-lat prattiku u emozzjonali l-kisba ta’ informazzjoni u li tkun ma persuni li jifhmu huwa ta’ siwi kbir. M’għandekx għalfejn tħoss li mhux sew li titlob għal għajnuna. Li tikseb għajnuna kmieni jista’ jgħin lill-persuna b’dimenzja ssir taf is-social workers tagħha. Jekk hu possibbli involvi lil persuna f’diskussjonijiet dwar il-kura tagħha. Ftakar li mhux kulħadd madwarek ser jirrealizza l-ħtieġa għal għajnuna, allura staqsi. Il-persuna b’dimenzja wkoll ser tieħu pjaċir b’kumpanija differenti.

Staqsi lid-dipartiment tal-ħidma soċjali għal stima dwar il-kura komunitarja u stima ta’ carers. Huwa importanti li tagħmel użu sħiħ tas-servizzi disponibbli.

 

Biex tiskseb informazzjoni

Huwa aktar faċli li tiffaċċja l-affarijiet fil-ħajja meta jkollok biżżejjed informazzjoni. […]

Il-maġġoranza tan-nies li saru carers isibu li jkollhom jitgħallmu mill-esperjenzi passati, imma r-riċerka wriet li t‑taħriġ jista’ jnaqqas il-livelli ta’ stress għal carers.

Alzheimer Scotland u organizzazzjonijiet tal-carers jirranġaw korsijiet għal carers, u li jagħtuk ċans tikseb tagħrif preċiż dwar il-mard, servizzi disponibbli, materja finanzjarja u legali u kif tiffaċċja problemi.

Transcript tal-vidjow fuq il-Kura fil-Prattika

Id-dimenzja taffettwa kull xorta ta’ attività ta’ kuljum. Dan il-kapitlu ser jagħtik ideat dwar kif għandek tlaħħaq. Minħabba li kulħadd huwa differenti, xi kultant jaf ikollok bżonn tipprova diversi modi qabel ma ssib dak li ser jaħdem għalik, u għall-persuna li tieħu ħsieb.

 

Benesseri Fiżiku

Il-persuni bid-dimenzja huma suxxettibbli għal problemi marbuta mas-saħħa fiżika daqs il-kumplament allura huwa importanti ħafna li wieħed jipprova jappoġġhom sabiex jibqgħu tajbin u dak ser jinvolvi affarijiet bħal eżerċizzju, u forsi wkoll dieta tajba għas-saħħa – l-affarijiet li lkoll kemm aħna nagħtu attenzjoni u s-sens ta’ benesseri li jiġi minn dan ser jgħin għal skema ta’ rqad aħjar.    Meta xi wieħed minnha jkun bl-uġigħ jew skomdu, jew mhux iħossu tajjeb, insiru aktar bil-geddum u irritabbli, u dan l-istess għall-persuna b’mard fejn tkun qed tonqos il-memorja, u għandek mnejn l-ewwel sinjal li tinduna bih u li ma jħosuhomx tajjeb u huwa importanti ħafna li ma tippreżumix xi bidla fil-preżentazzjoni tagħhom jew fl-istat konfuż jiġu attribwiti għad-dimenzja tagħhom.

Huwa importanti għal kull wieħed u waħda minna li nixorbu ħafna fluwidi – huwa parti milli nżommu lilna nfusna b’saħħitna.  Xi ħadd bid-dimenzja ovvjament jista’ jkun aktar vulnerabbli għallhekk għax jinsew jixorbu u jekk xi ħadd ikun deidratat, jistgħu jkunu stetiki, ikunu konfużi u jistgħu jsiru għajjenin iżżejjed.  Il-ħaġa sensibbli hi li wieħed jipprova jagħmel żgur li l-persuna tkun xorbot 6-8 darbiet kuljum, u pprova ddiversifika dan biex taħdem ma’ x’tieħu gost tieħu dik il-persuna – forsi jistgħu jieħdu ilma, jistgħu jieħdu meraq tal-frott, ikollhom kafe u te imma hu x’inhu dak li jaħdem għal dak l-individwu partikolari hu l-fluwidu li wieħed jieħu.

Il-persuni bid-dimenzja jistgħu jkollhom problemi bil-vista tagħhom u l-perċezzjoni tagħhom tad-dinja bħala sintomu tal-kondizzjoni u wkoll dak li jisimgħu jingħad dwarhom – għandu mnejn ikollhom diffikultà jifhmu u jinterpretaw dan – u għalhekk huwa importanti li nagħtuhom l-aqwa ċans possibbli sabiex jirrelataw mad-dinja ta’ madwarhomu u dan ifisser li wieħed irid joqgħod attent għall-affarijiet iż-żgħar bħal żamma tan-nuċċali sabiex ikun jista’ jingħatalhom u ż-żamma tan-nuċċali nadif u jekk jilbsu hearing aid, inkunu rridu nagħmlu żgur li dik tkun qed taħdem – għandha batterija fiha u trid timżamm nadifa.  Jekk tinduna jew taħseb li s-smigħ jew il-viżta ta’ dik il-persuna qed tmur għall-agħar jew inbidlet b’xi mod, huwa importanti li t-tabib jiġi konsultat, jew xi ottiku jew speċjalista tas-smigħ sabiex tiġi eskluża kull possibilità li ma hemm xejn li ma jistax jiġi ffaċċjat, xi ħaġa li fil-fatt tista’ ttejjeb is-sitwazzjoni tal-persuna bid-dimenzja.

Jekk il-persuna b’dimenzja taqa’, timrad jew issir stetika, tidher bl-uġigħ jew depressa, jew tibda tara affarijiet li mhumiex hemm, ikkonsulta t-tabib.

 

Stimulazzjoni Mentali

Kull ħadd għandu bżonn jagħmel affarijiet li jieħu gost jagħmel, u persuni bid-dimenzja mhumiex eċċezzjoni. Aħseb dwar dak li l-persuna kienet tieħu gost tagħmel.

In-nannu kien iħobb jilgħab il-bridge. Għadu jħobb jilgħab il-karti u allura issa nilgħabu snap u logħob ieħor faċli.

[…]

Involvi lil familja u ħbieb.

Aqsam ix-xogħol fi stadji aktar maneġevoli.

Ħafna nies b’dimenzja għadhom jiftakru affarijiet minn żmien ilu. Jaf ikun pjaċevoli meta wieħed joqgħod iqalleb ritratti antiki tal-familja, pereżempju, bħal meta jagħmlu affarijiet bħalma kienu jagħmlu bħal DIY, ħjata jew ġardinaġġ. Ipprova tikkapparax, agħti biss l-għajnuna li jeħtieġu.

Anke jekk persuna ma tiftakarx attività, xorta vallapena jekk jieħdu gost jagħmluha f’dak il-ħin. Centru ta’ matul il‑jum jew xi appoġġ ieħor jistgħu joffru attivitajiet pjaċevoli għall-persuna u, min-naħa l-oħra jagħtuk ħin imprezzabbli għalik innifsek.

Ktieb tal-Istorja tal-Ħajja

Il-mara tiegħi u jiena kellna sitt itfal u żammet nokkli tax-xahar tat-trabi, u allura poġġejnihom fil-ktieb – u poġġejna wkoll affarijiet bħal biċċiet mill-koperti tal-imħaded li għamlet snin ilu.

Ktieb tal-istorja tal-ħajja huwa ġabra ta’ tifkiriet ta’ żminijiet importanti fil-ħajja ta’ persuna, bħal ritratti, biljetti, kartolini eċċ. Huwa ħaġa pjaċevoli li tagħmel.

Staqsi għall-permess biex tkun tista’ turih lil persuni oħra bħal membri tal-familja, personel fil-qasam tal-kura u lil ħbieb, li jistgħu jkunu involuti fl-għoti tal-kura. Jafu jsiru jafu affarijiet li qatt ma kienu jafu.

Benesseri Spiritwali

L-għoti tal-kura lil persuna sħiħa tfisser li tagħti l-kura għal ħtiġijiet tagħhom ukoll. L-ispiritwalità ta’ ħafna persuni għandha x’taqsam mal-kultura, tradizzjonijiet u t-trobbija tagħhom.

Fittex dwar liema affarijiet spiritwali kienu jkunu importanti għalihom, jekk kien hemm. Jekk kinux jattendu qima reliġjuża jew gruppi, ibqa’ għinhom jibqgħu sakemm ikun possibbli. Inkoraġixxi viżituri mill-post ta’ qima tagħhom.

Transcript tal-vidjow dwar in-nisi

Xi kultant missieri kien isemmi viżitatur li kien ikollu imma qatt ma kien ċert min kien. Allura poġġejt ktieb tal‑viżitaturi. Minn dak li ħareġ il-persuna misterjuża kien il-carer tiegħu.

Ħafna nies b’dimenzja ser ikollhom problemi bil-memorja, li ser isiru aktar severi hekk kif il-marda tipprogressa. Fil-bidu, l-għajnuniet għal memorja jistgħu jgħinu, imma aktar tard għandu mnejn ikollok tfakkar b’modi aktar diretti.  Il-persuna tista’ ssir konfuża u tinsa l-fatti bażiċi, u tfixkel il-passat mal-preżent.

Ir-rassikurazzjoni hija importanti ħafna. Jafu jkunu konxji li issa ma jistgħux jiftakru dak li kienu jiftakru, li jista’ jħawwadhom u jiffrustrhom.

Kemm jista’ jkun żomm mar-rutina, peress li l-bidliet jafu jagħmlu l-konfużjoni akbar.

Għajnuniet għal memorja, bħal djarju, jaħdmu l-aħjar meta l-persuna tkun fid-drawwa li tużhom.

Poġġi sinjali jew stampi fuq bibien sabiex tgħinhom isibu t-triq, eżempju t-tojlit. Jew inkella ħalli l-bibien miftuħin sabiex ikunu jistgħu jaraw x’hemm f’kull kamra.

Bord tal-memorja, jew lavanja tal-avviżi, huwa mezz utli biex wieħed jiftakar x’inhu għaddej.

Jekk inti m’intix dejjem mal-persuna, ipprova ċemplilha biex tfakkarha dwar l-affarijiet.

 

Mistoqsijiet Ripetuti

F’xi jiem Andrew joqgħod il-ġurnata kollha jistaqsi mistoqsijiet, l-istess mistoqsija l-ħin kollu, u jiena kont nirrabja u nirrita ruħi, u ngħajjat lura u ngħidlu “inti diġà staqsejtni dik il-mistoqsija qabel”,u sinċerament finalment fhimt li hu ma kienx jaf li kien qed jistaqsi dik il-mistoqsija kull darba.  Allura nwieġeb il-mistoqsija darba jew darbtejn u mbagħad meta jibqa’ għaddej, jew nitlaq ’l hemm. U ma nweġibhiex jew ninvolvih f’xi ħaġa oħra u mbagħad jinsa.

Konverżazzjoni u Kommunikazzjoni

Huwa importanti tassew li wieħed jipprova jwassal il-kommunikazzjoni b’mod sew. Ma’ ommi, il-ħaġa li nagħmel ta’ spiss meta mmur inżurha, inżurha kuljum, u hi timxi ħafna ’l hawn u ’l hinn fil-kurudur, u meta nimxi lejha, niftaħ dirgħajja u hi tipponta lejja, tgħarafni u tiġi timxi dritt f’dirgħajja u tħaddanni magħha. Dik taħdem tassew tajjeb.

Jekk ommi tgħidli li ser tara lil ommha aktar tard, ommha mietet madwar 40 sena ilu, jiena qatt ma nargumenta magħha, u dejjem ngħidilha ‘allura ser tara lil ommok aktar tard?’, u hi tħossha kuntenta. Rajt lil ħadd ieħor jgħid lil ommi li ommha mietet u dik inkwetat lil ommi u ma narahiex punt li nagħmel hekk, xejn affattu.  Dak li jaħdem tant tajjeb għalija imma persuni oħra jridu jsibu huma dak li jaħdem tajjeb għalihom.

Andrew kien jipprova u jgħidli affarijiet u ħadt ftit żmien biex nirrealizza li kien qed f’dinja tal-ħolm – kien qed jivvinta dak li xtaq jemmen aktar milli dak li kien qed jiġri tassew.  Pereżempju, hu kiber fl-Ingilterra u aħna ġejna l‑Iskozja għaxar snin ilu biss u issa qed jgħid lin-nies li mar skola fi Glasgow, kien jilbes il-kilt u kien jilgħab il‑bagpipes u hu inkredibilment ferħan u eċitat dwar dan, u meta n-nies jisimgħu dan mingħandu jaħsbu li hu tassew ħelu.  Jiena l-uniku wieħed li naf li hija fantasija assoluta u ma nwaqqfux milli jagħmel hekk għax tant jieħu pjaċir, mhu jagħmel ħsara lil ħadd, u allura inħalluha għaddejja.

Sabiex infakkruh dwar affarijiet li jrid jagħmel, għadna djarju qrib it-telefown u kull filgħodu nikteb l-affarijiet li niftehmu dwar x’jixtieq jagħmel matul dak il-jum sabiex matul il-jum meta jkun nesa dak li suppost għamel, forsi jaħdem fil-ġnien, jiġi u jaqta’ xi ħaġa. Fl-aħħar tal-jum m’hemm ebda tweġiba korretta, u jkollok tagħmel dak li jaħdem għalik.

Transcript tal-Vidjow fuq Tlibbies

Meta missieri ra li l-qomos tiegħu kienu fl-armarju ma setax jagħżel u tħawwad u irrita ruħu. Allura issa noħroġ ftit mill-favoriti tiegħu. Issa ferħan jagħżel liema qmis tgħoġbu x’jilbes.

Ħalli lil persuna ħafna ħin biex tilbes u kun żgur li l-kamra hija sħuna u li jkunu użaw it-tojlit qabel.

Bħala regola ġenerali pprova evita li tagħmel wisq għalihom – minflok ħallilhom modi biex tfakkarhom. Dan jgħinhom iżommu l-kunfidenza.

Ħallilhom ftit għażla, u poġġi l-ħwejjeġ fl-ordni li jridu jilbsuhom. Qatt m’għandek tħallihom għarwenien.

Jekk ikollhom attakk pupletiku u tħallew bi dgħufija fid-dirgħajn jew riġlejn, poġġi il-ħwejjeġ f’dak id-driegħ jew riġel l-ewwel.

Jekk il-persuna huwa inkontinenti, ħwejjeġ li jinħaslu malajr ikunu aktar prattiċi – imma xi persuni bid-dimenzja jistgħu ma jħossuhomx komdi jew denji fi ħwejjeġ li huma differenti minn dawk li kienu jilbsu.

Papoċċi għandhom jintlibsu biss għal ħinijiet qosra, peress li żraban iffittjati tajjeb jagħtu sostenn u jnaqqsu r-riskju ta’ problemi fis-saqajn.

Poġġi l-ħwejjeġ għal ħasla ’l bogħod mill-għajn sabiex tevita li l-persuna jerġa’ jilbishom.

 

Dehra u Kura Personali

Ommi veru tieħu spinta meta żżur il-parrukkiera tagħha kull ħmistax. Dejjem nipprova nagħmel ċert li jkollha ftit mejkapp u verniċ tad-diffrejn fuqha peress li dejjem kienet tilbishom u naħseb dan jgħinha tħossha aktar kunfidenti.

Maż-żmien, id-dimenzja tista’ tikkawża l-persuna tinsa kif tagħmel l-aktar affarijiet bażiċi. Fakkarhom u inkorraġihom jagħmlu dak li jistgħu huma stess.

Fakkarhom meta għandhom jaħslu snienhom. Taf tgħin jekk taħsel tiegħek fl-istess ħin. Għandu mnejn ikollok taħsel snienhom int għalihom. Il-kura dentali hija vitali, għalhekk check-ups regolari huma essenzjali.

Iċċekkja d-dwiefer tas-swaba tal-idejn u tas-saqajn regolarment ukoll. Jekk ma tistax taqtagħhom, irranġa ma pedjatra.

L-irġiel għandhom mnejn iridu jiġu mfakkra biex iqaxxru – u l-użu ta’ shaver tal-elettriku huwa ħafna aktar sikur minn xafra.

 

Ħasil

Missieri kien jobgħod li ngħinu fil-kamra tal-banju. Għidtlu li hu kien jagħmilli hekk meta kont għadni żgħir u issa jiena jmissni. Naħseb issa draha, u meta ħsibt dwarha b’dak il-mod agħmilha faċli għalija wkoll.

Il-persuna għandha mnejn tinsa tieħu banju jew kif għandha taħsel lilha nnifisha, u għandha mnejn ma tieħux gost tiġi sorveljata. L-għajnuna bil-kura intima tista’ tkun diffiċli.

Ipprova agħmel il-ħinijiet tal-banju pjaċevoli kemm tista’, u kun żgur li l-kamra hija sħuna.

Tapit tal-lastku għall-banju li ma jiżloqx huwa utli.

Għandek mnejn ikollok bżonn tgħin lill-persuna tidħol u toħroġ mill-banju. Siġġu jew poġġaman tal-banju jista’ jgħin. Staqsi lil terapista okkupazzjonali għal pariri.

Jekk il-persuna tieħu l-banju waħedha, kun żgur li l-bieb ma jissakkarx

Il-ħasil ta’ partijiet intimi jista’ jkun skabruż u imbarazzanti, imma importanti. Ipprova agħti l-isponża jew l‑axxugaman u ggwida l-id. Xi nies jafu jsibuha aktar faċli li jiġu maħsula minn xi ħadd ieħor li ma jkunux jafu, bħal infermier/a jew assistent tal-kura.

Staqsi lil viżitatur tas-saħħa tiegħek, it-tabib jew is-social worker għal pariri. Persuni li jmorru fiċ-ċentru ta’ matul il‑jum jistgħu jkunu kapaċi jkollhom banju hemmhekk.

Il-Ġestjoni tal-Inkontinenza

Ommi kienet tipprova kull bieb id-dar tfittex tojlit, allura poġġejt sinjal fuq il-bieb li jgħid Nisa

Xi persuna bid-dimenzja jistgħu jsiru inkontenenti bl-awrina. Imma l-inkontinenza tal-imsaren mhix komuni sa perijodu avvanzat tal-marda.

Jekk isiru inkontenenti taċċettahiex bħala parti mill-marda. Għandu mnejn ikunu nsew fejn qiegħed it-tojlit, jew ma ndunawx li kienu jeħtieġu li jmorru. L-inkontinenza tista’ tkun wkoll riżultat ta’ infezzjoni jew xi problema fiżika. Ikkonsulta t-tabib jew l-infermier/a tal-komunità.

Imma xi kultant l-inkontinenza hija riżultat tal-grad ta’ falliment tal-moħħ minħabba d-dimenzja.

Jekk ma tistax tiġi kkurata kellem lit-tabib tiegħek sabiex jirranġa eżami minn infermier/a tal-komunità jew konsulent komunitarju, li jista’ jforni tagħmir bħal pads u protetturi tas-sodda.

Kun żgur li juruk kif tużhom.

Oqgħod attenta għal sinjali li l-persuna tkun teħtieġ li tmur it-tojlit bħal irrikwitezza jew aġitazzjoni.

Mur dritt għall-punt mingħajr ebda emozzjoni, sabiex tnaqqas l-imbarazzament. Għandu mnejn tgħin jekk sempliċiment tfakkarhom biex imorru t-tojlit f’intervalli regolari.

Iż-żipps u l-buttuni jistgħu jkunu skabrużi biex tneħħi fil-ħin, u l-qfil bil-Velcro jista’ jkun alternattiva tajba.

Jekk it-tojlit mhux faċli jintlaħaq, ipprova commode.

Xi kultant jitħammġu minħabba stitikezza severa. Jekk iżżomm dieta bilanċjata b’ħafna fiber u biżżejjed x’tixrob jgħinek tevita dan. Tużax porog għajr meta t-tabib ikun ordnahomlhom.

F’xi żoni jista’ jkun hemm servizz ta’ lavanderija għal għajnuna b’tessuti maħmuġin – l-uffiċċju tas-servizzi soċjali jafu jkunu ta’ għajnuna f’dan ir-rigward.

[…]

Ikel u Xorb

Il-persuni bid-dimenzja jaf ikollhom aptit batut jew jinsew jieklu u jixorbu. Jafu jitilfu l-piż u jiġu deidrati. Jafu jinsew kif għandhom jieklu u jsiru disordinati.

Ħalli ħafna ħin għall-ikel u għid lill-persuna liema ikla hi u x’hemm x’tiekol – qanqalhom. Kemm hu possibbli, ipprova toqgħodx tmantni lil persuna għax dan jista’ jinkoraġġixxi l-persuna ssir aktar dipendenti. Ipprova toqgħodx tinkwieta dwar il-manjieri ta’ fuq il-mejda!

Jekk it-telf fil-piż hija problema, neħħi l-bukkuni.

Tista’ tagħmel l-frieket u l-imgħarref aktar faċli biex iżżommhom billi tgeżwer l-manki sabiex ikunu eħxen.

Jekk il-persuna tbati minn indiġestjoni matul il-lejl, ipprova rranġa biex l-ikla ewlenija tkun f’nofs il-ġurnata.

Id-dipartiment tas-servizzi soċjali għandu mnejn jista’ jgħinek b’servizz ta’ forniment tal-ikel jew kura fid-dar.

Jekk il-persuna titlef il-piż, tiekol biss ikel ristrett, jew tkun tilfet l-aptit tagħha, ikkonsulta t-tabib.

Transcript tal-Vidjow dwar l-Apatija u n-Nuqqas t’Interess

Matul l-aħħar sena ommi sabitha tqila ħafna biex torganizza lilha nnifisha u tagħmel affarijiet. Imma nsib jekk jirnexxili nibdieha, li jekk norganizzaw il-kaxxa tal-ħjata tagħha, ser tieħu gost tagħmilha.

Kull ġurnata għandu jkollha xi ħaġa ta’ interess għall-persuna, bħal mixja, li tisma l-mużika, logħob tal-karti, jew ġardinaġġ. Involvihom biex jagħżlu xi jridu jagħmlu. Jista’ jkun hemm xogħol id-dar li huma jistgħu jimmaniġġjaw. Ipprova involvi persuni oħra, bħal ħbieb ma min wieħed jista’ jitkellem.

Għalkemm li tista’ tpoġġi u ma tagħmel xejn jista’ jkun pjaċevoli xi kultant!

 

Alluċinazzjonijiet u Delużjonijiet

Xi persuna bid-dimenzja jistgħu jisimgħu jew jaraw affarijiet li mhumiex hemm, speċjalment dawk b’dimenzja ta’ Lewy Body. Dawn huma alluċinazzjonijiet. Aktar ta’ spiss huma ma jifhmux dak li jaraw, bħal jiżbaljaw riflessjoni ma’ persuna.

Ikkonsulta t-tabib. Jista’ jkun minħabba infezzjoni jew minħabba effett kollaterali ta’ mediċini.

Jekk l-alluċinazzjoni hija reali għalihom, ikun għalxejn li tipprova tipperswadihom li qed jimmaġinawha.  Kun simpatiku u rassikuranti.

Xi kultant in-nies jemmnu affarijiet, li mhumiex minnhom – dawk huma delużjonijiet. Irriassikurhom – jekk inti pożittiv li huma żbaljati.

 

Depressjoni u Ansjetà

Naħseb li l-ħaġa li lil Ommi waqgħetha biex messet il-qiegħ kienet meta ġiet ikkonfrontata bl-affarijiet li ma setgħetx tagħmel aktar hi stess, għax tant kienet indipendenti u meta kienet tipprova tagħmel l-affarijiet, u ma jmorrux tajjeb kienet tkun mdejjqa ħafna. Għalhekk ikkonċentrajna ħafna, bħala familja, biex inżommu l-affarijiet kemm jista’ jkun normali għaliha, sabiex inżommuha involuta tagħmel l-affarijiet li dejjem kienet tieħu pjaċir tagħmel imma li nagħtuha l-għajnuna b’mod sottili li ma tapprezzax li hi kienet qed tiġi appoġġjata, għax kienet qed taħseb li qed timmaniġġja tagħmel l-affarijiet ji nnifisha.

Naħseb indunajna li missieri qed isir aktar anzjuż meta ommi tkun ilha ftit barra u meta kienet tiġi lura, kien jistaqsieha ‘fejn kont, ilek barra żmien twil’ u dik saret aktar diffiċli, u minħabba f’hekk setgħet biss tħallih għal ħinijiet iqsar peress li tant kien jinħass anzjuż u depress meta kien jitħalla waħdu.

 

Tlajjar

Xi kultant meta jmur fil-ħwienet ma jiġix lura u jkolli mmur infittxu. Meta nsibu jitbissem u jgħidli kemm hu ferħan li qed jarani u li hu għadu kif kellu mixja pjaċevolment twila.

Minkejja li l-persuna ma tkunx tista’ tispjegha, ma jfissirx li għax toqgħod timxi ikun tlajjar bla ħsieb.

Tipprovax tevitha jekk ma jkunx hemm riskju reali – huwa importanti li l-persuna jkollha kemm jista’ jkun libertà. Staqsi lilek innifsek: Huma mdejjqa? Għandhom bżonn eżerċizzju? Insew fejn riedu jmorru?

Jekk huma ser joħorġu bil-lejl għandu mnejn jitfixxklu dwar il-ħin tal-ġurnata, ifittxu t-tojlit, jew jekk jorqdu wisq matul il-jum.

Żieda fl-attivitajiet ta’ matul il-jum jista’ jgħin. Kun żgur li jkunu marru t-tojlit qabel jidħlu fis-sodda. Dawl inemnem fil-kamra tas-sodda jista’ jnaqqas il-konfużjoni.  Kun żgur li d-dar tkun sikura kemm jista’ jkun matul il-lejl sabiex inti ma jkollokx għalfejn toqgħod tinkwieta dwar il-persuna miexja hemm.

Terapista okkupazzjonali għandha mnejn tkun tista’ tgħinek, u f’xi żoni, servizz ta’ kura ta’ matul il-lejl jista’ jkun disponibbli.

Jekk jibqgħu joħorġu barra u ma jkunux sikuri, itlob it-tabib għal eżami speċjalista.

 

Imġieba Mibdula

Issegwini kullimkien, u ttellgħali l-paċenzja sal-limiti.  Issa tħobb tmur saċ-ċentru ta’ matul il-jum darbtejn fil‑ġimgħa, u jiena jkolli ftit ħin għalija nnifsi.

Xi kultant xi ħadd bid-dimenzja għandu mnejn iħossu insikur u jkun irid jibqa’ mal-carer tiegħu l-ħin kollu.

Ħafna rassikurazzjoni minnek huwa importanti, u ftakar li l-benesseri tiegħek huwa importanti wkoll, allura itlob għal għajnuna minn ħbieb jew familja sabiex jagħtuk break. Ikkonsidra s-servizzi t’appoġġ sabiex jagħtuk ftit ħin għalik.

Il-persuna bid-dimenzja taf xi kultant jagħmel affarijiet li huma strambi jew imbarazzanti għalik. Spjega lil oħrajn x’inhu jiġri u tirreaġixxix b’mod qawwi.

Jekk xi ħadd jibda jinża, probabbilment ikun qed iħossu skomdu. Ħudhom bil-kalma f’kamra oħra, iċċekkja li ma jkunux sħan iżżejjed jew li jkunu jeħtieġu jużaw it-tojlit.

Ftakar, hija l-marda li qed tikkawża l-imġieba, mhux il-persuna qed tagħmel hekk apposta.

Rabja jew Aggressjoni

Xi persuni bid-dimenzja jafu jsiru aggressivi f’xi waqtiet, anke jekk qatt ma kienu jkunu hekk qabel. Dan jiġri għax il-persuna tkun frustrata jew mhix tifhem l-affarijiet.  Din id-dimenzja, mhix reazzjoni għalik.

Ibqa’ kalm hekk tista’. Tkellem bil-mod u fakkar lill-persuna x’qed jiġri madwarha. Ipprova aljenhom.

Kellem lil xi ħadd li tafda u ara jekk tistax tidentifika x’ikkawża l-problema, u jekk hux possibbli li jinbidel xi ħaġa sabiex jiġi evitat li l-problema terġa sseħħ. Jekk inti inkwetata staqsi lit-tabib għal analiżi speċjalista.

 Is-sess u l-Intimità

Marti u jiena kellna relazzjoni fiżika mill-qrib ħafna imma minn mindu kienet djanjostikata erba’ snin ilu, hija tilfet l‑interess b’mod gradwali. Kienet iddejjaqni għall-ewwel imma xorta għadna nżommu idejn xulxin u nitħaddnu ħafna, u għadna naqsmu s-sodda, u dan jgħinni nżomm qrib tagħha.

L-imġieba ta’ persuna lejn is-sess u r-relazzjonijiet sesswali jistgħu jinbidlu. Għandhom mnejn jitilfu l-interess fis‑sess għal kollox, jew ikunu jridu s-sess aktar ta’ spiss. Jekk ikun il-partner tiegħek li qed tieħu ħsiebu/ħsiebha għandu mnejn tħossik differenti dwar is-sess ukoll. Għandu mnejn trid jew ma tridx tkompli bir-relazzjoni sesswali tiegħek – jew tista’ tinkwieta jekk għandekx.

Xi kultant persuna bid-dimenzja tista’ tersaq lejn il-persuna żbaljata sesswalment. Għandhom mnejn ikunu żbaljaw min hu jew hi jew tilfu l-inibizzjonijiet. Ibqa’ kalm u pprova aljena u rassikurhom. Ftakar li mhux it-tort tagħhom.

Jista’ jkun diffiċli imma pprova ddiskuti s-sitwazzjoni ma’ professjonista li tista’ tafda, bħat-tabib tiegħek, infermier/a psikjatrika tal-komunità jew Alzheimer Scotland.

Transctipt tal-vidjow dwar Fejn issib l-Għajnuna

Naħseb li probabbilment l-ewwel ħaġa li instiga, għal ommi għallinqas, kien il-pakkett ta’ kura, li issa qed tirċievi, imma hi minn dejjem kienet feroċiment indipendenti u waħda mill-problemi kienet kif ser taċċetta l-għajnuna.

Imma nqala’ kriżi fi stadju bikri ħafna meta kienet teħtieġ l-għajnuna biex tiddaħħal fil-lejl u titqiegħed fis-sodda li, għenu biex infetħu mhux beraħ għal kollox, imma li ċertament kienu d-dħul għall-għajnuna kollha li attwalment qed tirċievi u ma jidhirx li tellfu minn dik l-indipendenza li kellha u li issa tinsab aktar ħerqana li taċċettha u allura dik fiha nnifisha hija barka. Kien x’kien dak li introduċieh, neħħa ħafna mill-pressjoni minn fuqna u naħseb li għenha, minn dak iż-żmien sal-preżent. Servizzi tal-kura fil-komunita. Il-persuna bid-dimenzja għandha dritt għal eżami ta’ kura tal-komunità mid-dipartiment tas-servizzi soċjali; staqsiehom biex isir eżami, u huma jżuruk. Social worker jew professjonist ieħor ser jagħmel żjara u ser ifittex dwar servizzi u appoġġi li jistgħu jgħinu lill-persuna bid-dimenzja sabiex tkompli tgħix il-ħajja tagħha. Inti, b’mod separat, għandek dritt għal eżami tal-carers mid‑dipartiment tas-servizzi soċjali u allura staqsi għaliha wkoll, sabiex tara x’appoġġ għandek bżonn biex tibqa tagħti l-kura.

Jekk l-eżami juri li l-persuna b’dimenzja teħtieġ is-servizzi, huma ser jifformolaw pjan ta’ kura b’dettalji ta’ pakkett ta’ kura. Inkella, jekk għandek prokura jew tutela għall-persuna, tista’ tistaqsi f’isimhom għal ‘appoġġ awtodirett’, magħruf ukoll bħala ‘pagament dirett’.  Dak ifisser li d-dipartiment tas-servizzi soċjali jagħtik kontroll fuq il-flus li kieku ntefqu fuq il-pakkett ta’ kura u inti tagħżel liema servizzi għandek tixtri. L-istimi huma mingħajr ħlas imma l‑persuna għandha mnejn ikollha tħallas għal xi wħud mis-servizzi. Servizzi ta’ kura fid-dar joffru għajnuna bil-kura personali bħal teħid ta’ ikel, tlibbies, jew attivitajiet oħra – bħal xiri t’affarijiet. Għandhom mnejn jagħtuk ftit ħin ta’ serħan, jew jistgħu jgħinu lil xi ħadd li jkun jgħix waħdu sabiex ikun jista’ jlaħħaq b’mod sikur għal kemm jista’ jkun possibbli. Aġenziji tal-kura privati jistgħu jipprovdu wkoll il-kura fid-dar.

Xi organizzazzjonijiet volontarji bħal Crossroads jew Alzheimer Scotland, iħaddmu skemi f’ħafna żoni billi jipprovdu operaturi ta’ sostenn imħarrġa għal kura u attivitajiet stimulanti jew ħarġiet. […]

Post f’ċentru ta’ matul il-jum jista’ jagħti l-persuna b’dimenzja ċans jissoċjalizza u jibqa’ attiv. Ommi ma rieditx tmur iċ-ċentru ta’ matul il-jum a kwalunkwe raġuni, imma pperswadejtha biex tipprovah u kont immur magħha għal bidu. Issa tħobb tmur! Tmur għal ħarġiet, tpinġi, tilgħab il-logħob … Iż-żmien li tkun hemm jgħinni nlaħħaq.

L-għoti ta’ kura lil xi ħadd bid-dimenzja jista’ jgħejja lil dak li jkun u ta’ spiss ikun stressanti.  Il-pawsa, pereżempju meta l-persuna bid-dimenzja tmur ġo dar tal-kura għal ftit jiem jew ġimgħa jew tnejn, jista’ jagħtik iċ-ċans li tikkarga mill-ġdid. Tipi oħra ta’ pawsi huma disponibbli wkoll – pereżempju kura ekstra fid-dar meta ma tkunx hemm. Jew inkella tista’ tistaqsi dwar ħlas dirett, sabiex inti u l-persuna li qed tieħu ħsieb tistgħu tgawdu vaganza flimkien, sabiex ħaddieħor jista’ jagħmel it-tisjir waqt li tkun tista’ tirrilassa. Tkellem mad-dipartiment tas-servizzi soċjali dwar ir-respite – għandu mnejn tkun kapaċi tirranġa pawsi regolari. Jekk il-persuna li inti tieħu ħsieb jista’ jaffordja, hemm ukoll l-għażla ta’ respite privat f’dar tal-kura. Jista’ jkun li l-persuna bid-dimenzja għandha mnejn ma taċċettax servizz. Tkellem magħhom dwar servizz li taħseb li jista’ jgħin – issuġerixxi perijodu ta’ prova.

Offri li tkun hemm fl-ewwel ftit minuti. Jekk huma inkwetati dwar pawsa ta’ serħan, rassikurhom li hija biss vaganza, li huma ser jiġu lura d-dar. Kura personali mingħajr ħlas u spejjeż għal servizzi ta’ kura. Jekk persuna bid-dimenzja għandha aktar minn 65 sena u ġiet assessjata li teħtieġ għajnuna d-dar b’kura personali, bħal ħasil, l-għoti ta’ ikel jew għajnuna biex tmur it-tojlit, dan ser jiġi provdut mingħajr ħlas.  Jekk għadhom m’għalqux il-65 sena, ikollhom iħallsu. Għandu mnejn ikollhom bżomm iħallsu għal affarijiet oħra, bħal kura ta’ matul il-jum. Ikliet, xogħol id-dar, jew kura għal respite. Servizzi tas-saħħa għal persuni bid-dimenzja. Jekk inti mħasseb dwar is‑saħħa fiżika jew mentali tal-persuna li tieħu ħsieb, kellem lit-tabib tal-familja. Jekk hemm ħafna x’tiddiskuti, staqsi għal appuntament doppju. Jekk teħtieġ interpretu għid dan meta tagħmel l-appuntament u l-klinika tirranġa għal dan.

Agħmel lista qabel ma tmur sabiex tkun tista’ tiftakar kollox. Huwa importanti li tippreżumi li kull bidla hija dovuta għal dimenzja. Pereżempju, jekk il-persuna f’daqqa waħda hija aktar konfuża, jista’ jkun li kien hemm infezzjoni, li teħtieġ li tiġi trattata. […]It-tabib tal-familja għandu mnejn jirreferi lil persuna għand speċjalista fl-isptar għall‑eżami jew trattament. Jistgħu jiġu offruti post fi sptar tal-ġurnata jew żamma f’taqsima tal-eżamijiet – pereżempju, jekk għandhom problemi li jinkwetawhom bħal alluċinazzjonijiet jew aggressjoni.

Transcript tal-vidjow dwar Telf u Luttu

Xi carers jgħidu li d-dimenzja nnifisha hija bħal luttu twil u bil-mod. Ħafna carers ikollhom sens ta’ telf kbir meta l‑persuna tmur għal kura b’żamma fit-tul, anke jekk ikun ovvju li huwa l-aħjar ħaġa. Meta titkellem dwar dan ma’ carers oħra, bħal fil-każ ta’ grupp ta’ carers, għandu mnejn ikun t’għajnuna kbira. Meta l-persuna finalment tmut jaf ikollok emozzjonijiet imħallta. Huwa komuni li tħoss xi sensazzjonijiet jekk ikollok ta’ dwejjaq, serħan, ħtija jew rabja, pereżempju.

Jieħu ż-żmien biex tiffaċċja s-sitwazzjoni. Fil-bidu ħafna mill-memorji tal-persuna bid-dimenzja ser ikunu tas-snin tal-marda. Dan hu meta tista’ tapprezza l-aktar l-għajnuna tal-familja u l-ħbieb. Cruse Bereavement Care tista’ tgħin bil-konsulenza.

Tista’ ssib li emozzjonijiet ta’ stress u dwejjaq emozzjonali jibqgħu għal żmien twil imma biż-żmien ser tibqa’ tiftakar il-persuna qabel ma mardet. Eventwalment is-sema kaħlani ser jirritorna.

Permess ġentili minn

Alzheimer Scotland.Żur is-sit...
NHS Health Scotland.Żur is-sit...
Scottish Dementia Working Group.Żur is-sit...