Li tkun carer kultant jaf jagħmilha diffiċli biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Il-prijoritajiet qed jinbidlu hekk kif il‑marda tipprogressa u li tieħu kura tiegħek innifsek ġeneralment jieħu l-aħħar post f’lista twila ta’ doveri tqal. Li tieħu ħsieb persuna maħbuba mhux kompitu faċli, imma hu importanti li tifhem il-valur li tkun carer u li tgħix tajjeb. Li tkun tajjeb psikoloġikament u fiżikament jgħinek tipprovdi kura ta’ kwalità, Hawn isfel ser issib suġġerimenti utli biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek.

  • Matul il-jum, sib ħin għal mistrieħ anke jekk għal xi siegħa jew inqas biss u agħmel xi ħaġa li tieħu gost tagħmel ġewwa jew barra (taqra gazzetta, li tieħu banju rilassanti, titgħallem ilsien ġdid, li tagħmel xi eżerċizzju jew rilassament, li tmur għal mixja, li tmur tixtri).
  • Ħu break. Darba fix-xahar irranġa li tieħu ġurnata franka. Irranġa l-break tiegħek mal-kumplament tal-familja, ġar, ħabib, professjonist tal-kura jew aġenzija, sabiex taċċerta ruħek li xi ħadd ieħor ser ikun qiegħed hemm għal persuna li lilha tagħti l-kura.
  • Sejjaħ regolarment ħabib jew qarib. Ipprova ibqa’ konness!
  • Agħmel eżerċizzji b’mod regolari. M’għandekx bżonn ħafna ħin, 30 minuta biżżejjed. Jekk inti utent tal‑internet tista’ tara vidjow u tagħmel workout b’mod parallel.
  • Ipprova segwi dieta bilanċjata.
  • Kull darba li ma tkunx qed tħossok tajjeb (mentalment jew fiżikament), ikseb parir mit-tabib tal-familja (GP). Tħallix problemi jikbru!
  • Oħloq netwerk t’appoġġ. Ikkuntattja carers oħra b’diffikultajiet simili, b’carers jew mard – organizzazzjonijiet speċifiċi. Ipparteċipa f’interventi ta’ grupp jew individwalizzati. Ser tgħinek tirrealizza s-sitwazzjoni u tiġġestixxi emozzjonijiet bħal ansjetà, depressjoni u ħtija.