Meta tkun qed tistenna tarbija, il-komunità (il-familja, ħbieb, ħaddiema miegħek) ser jinġabru madwarek u l‑konjugi tiegħek. Meta tkun qed tistenna l-ewwel tarbija, ser tirċievi rigali, xewqat tajba u l-inkorraġiment li tkun ser tidħol f’kapitlu sabiħ, għalkemm ta’ sfida, fil-ħajja tiegħek. Hekk kif tipprepara biex tagħti merħba lit-tarbija tiegħek, tħoss ċertu kburija għall-ħsieb tar-rwol tiegħek bħala ġenitur: Kif ser tgħaġġen il-moħħ ta’ żagħżugħ/a, tħalli l-impatt fuqu jew fuqha bl-għerf, intuwitu u għarfien.

Issa aħseb dwar esperjenza simili, waħda fuq in-naħa l-oħra tal-munita . Qarib qed jixjieħ, konjugi, ġenitur, nannu jew nanna li għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek.  U, inti tixtieq tgħin – temmen li tista’ tagħmel l-aħjar fis-snin li intom fadlilkom flimkien. Imma, meta tgħid lil ħbiebek, il-kollegi tiegħek, anke membri tal-familja oħra, il-kummenti li tista’ tisma’ huma ’l bogħod minn xewqat sbieħ. “Jiena qatt ma nista’ nagħmel hekk! Għaliex għandek tagħmel hekk?” Jew inkella, l-aktar rispons komuni: “Għal xiex ma tpoġġix lil ommok (jew lil martek, jew lil nannuk) f’dar tax-xjuħ? Minn daqshekk ma tkunx isstressjat.”

B’appoġġ bħal dak, mhux ta’ b’xejn li tista’ ssib ruħek tiġġieled id-dubbji tiegħek stess waqt il-vjaġġ tiegħek biex tipprovdi l-kura, u tistaqsi lilek innifsek, “Għaliex jiena? Għaliex għandi nkun jiena li nagħmel dan?” Dawn id‑dubbji miegħek innifsek jistgħu jkunu qed iqaqru l-ħila tiegħek biex tiġġestixxi r-responsabiltajiet effettivi u effiċjenti. Anke agħar minn hekk, dawn id-dubbji miegħek innifsek ittapnu l-ħila tiegħek biex tifhem kemm huwa importanti dan il-vjaġġ fl-għoti ta’ kura – lil dak li għandu bżonn il-kura, lil familja tiegħek, u lilek innifsek.

Dan hu għalfejn żviluppajt Is-Snin t’Għoti ta’ Kura: Sitt Stadji Għal Esperjenza Sinifikanti. Bħal kotba għall‑ġenituri li jkunu qed jistennew, The Caregiving Years jiddeskrivi x’għandu wieħed jistenna f’dan il-vjaġġ. Meta jkollok tagħrif dwar ir-rwol tiegħek bħala carer – tista’ tifhem x’informazzjoni għandek tiġbor u l-azzjonijiet li trid tieħu – tista’ tqatta’ aktar ħin tagħmel l-esperjenza aktar sinifikanti, għal persuna li lilha qed tforniha bil-kura, lil familja tiegħek u lilek innifsek.

The Caregiving Years hu mqassam f’sitt partijiet; ser issib kelma ewlenija, skop u pjan t’azzjoni għal kull stadju. Il‑marda u d-dijanjosi tar-reċipjent tal-kura tiegħek ser tiddetermina kemm malajr jew bil-mod ser tgħaddi mill‑istadji. Filwaqt li t-tul ta’ żmien li wieħed joqgħod f’kull stadju jista’ jvarja għal kull carer tal-familja, l‑emozzjonijiet u l-esperjenzi ser ikunu bħal xulxin.

Nista’ Ngħin

 

Stadju 1: Il-Carer li Qed Jistenna li Jagħti l-Kura

Εικόνα1Fil-futur qrib, Għandi mnejn ngħin membru tal-familja jew ħabib.

 

Min inti?

Għandek tħassib dejjem jikber li, fil-futur qrib, membru tal-familja tiegħek jew ħabib ser ikollu bżonn aktar għajnuna u ħin minn tiegħek.

Inti mħasseb minħabba l-età tal-qarib tiegħek, il-kondizzjoni medika passata u attwali u l-istat ta’ ħajja attwali.

 

Il-kelma ewlenija tiegħek: Staqsi

–Staqsi mistoqsijiet dwar il-carer tiegħek.

–Staqsi mistoqsijiet dwar il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

–Staqsi mistoqsijiet dwar avukati u konsulenti finanzjarji.

–Staqsi mistoqsijiet dwar membri tal-familja tiegħek li jistgħu jkunu involuti fir-rwol ta’ għoti ta’ kura.

 

L-Isfida Tiegħek

Biex tara u tifhem il-ħtiġijiet tiegħek dwar il-persuna li qed tieħu ħsieb: saħħa, finanzjarja u emozzjonali.

 

L-Iskop Tiegħek

Qed tistenna li tkun carer tal-familja; dan huwa l-ħin tiegħek biex tipprepara. Għandek tirriċerka l-għażliet, tiġbor it-tagħrif, u tipprovdi opportunitajiet għal persuna li tieħu ħsieb sabiex taqsam l-emozzjonijiet u valuri. Dan huwa wkoll iż-żmien tiegħek biex tikkonċentra biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek – iżżomm kuntatt mal-familja u l-ħbieb, tgawdi l-passatempi u l-ineterssi tiegħek, issegwi l-għanijiet tal-karriera tiegħek.

 

Bħala “carer aspettant” x’tista’ tagħmel?

  1. Ikkonsulta avukat tal-familja tajjeb dwar kwistjonijiet marbuta ma’ kura tal-anzjani. Fittex dwar prokuri durabbli għal finanzi u kura tas-saħħa kif ukoll testamenti; ibda l-proċess biex tiżgura li l-persuna li qed tieħu ħsieb ikollha l-karti neċessarji in regola. Staqsi l-avukat: X’inhu meħtieġ li nkunu nafu biex inkunu preparati għall-futur? X’dokumenti addizzjonali jkollna bżonn? X’għandna nżommu f’moħħna? (Prokura durabbli għal finanzi u kura tas-saħħa tappunta aġent sabiex jagħmel deċiżjonijiet f’isem il-persuna li qed tieħu ħsieb meta hu jew hi ma jkunux kapaċi jagħmlu hekk. Jekk inti toqgħod fi stat wieħed u l-persuna li tieħu ħsieb toqgħod f’ieħor, ikkonsidra li jkollok dokumenti maħluqa għaż-żewġ stati.)
  2. Stabilixxi s-sitwazzjonijiet finanzjarji. Meta tkun taf l-istat finanzjarju tal-persuna li qed tieħu ħsieb jista’ jgħinek tistabbilixxi l-għażliet futuri dwar il-kura tas-saħħa. Stabilixxi d-dħul kull xahar minn pensjonijiet u sigurtà soċjali; tgħallem dwar annwalitajiet, investimenti fi stokks u kontijiet bankarji. Iltaqa’ ma’ pjanifikaturi finanzjarji sabiex tifhem kif tiżgura li l-investimenti idumu kemm jista’ jkun.
  3. Stħarreġ l-għażliet dwar il-kura fis-saħħa fil-komunità. Liema aġenziji tal-kura tas-saħħa fid-djar joffru kura fid-dar li hi ta’ kwalità, u li wieħed jista’ jlaħħaq magħha? Liema għażliet t’akkomodazzjoni huma disponibbli – komunitajiet ta’ irtirar, ċentri ta’ għajxien assistiti? Ikkuntattja organizzazzjonijiet tal-komunità sabiex titlob għal fuljetti.

Barra minn hekk ikkonsidra l-kondizzjoni ta’ għajxien attwali tal-membru tal-familja. Il-qarib tiegħek ser tkun kapaċi tgħix b’mod sikur fid-dar tagħha jekk tuża siġġu tar-roti, jew tkun kostretta toqgħod fis-sodda? X’bidliet tista’ tagħmel illum li ser jipprevjenu barrieri futuri fil-forniment ta’ kura fid-dar tagħha?  Jew, il-bidliet meħtieġa huma kważi impossibbli li jitwettqu? Jekk hu hekk, x’għażliet oħra għandek: id-dar tiegħek, faċilità għal ħajja assistita, komunità ta’ irtirar?

  1. Stabilixxi l-fornituri attwali tal-kura tas-saħħa. Kun familjari ma’ tobba u tgħallem kemm tista’ dwar il‑mediċini.
  2. Ikkonċentra fuq ir-realtà tas-sitwazzjonijiet. Żomm lat realistiku tas-sitwazzjoni tiegħek. X’inhu l-agħar li jista’ jiġri? X’inhu l-aħjar eżitu possibbli? Imbagħad, stabilixxi x’għażliet huma disponibbli għal kull wieħed minn dawn l-eżiti.
  3. Ibda ġurnal, ikteb l-emozzjonijiet tiegħek, it-tħassib tiegħek u l-azzjonijiet tiegħek. Għandu mnejn tħossok sorpriż dwar emozzjonijiet ta’ telf. Il-preparazzjoni tiegħek dwar il-futur tippermettilek tara dak li l-persuna li inti tieħu ħsieb – u inti – tistgħu titilfu. It-tnejn ser tesperjenzaw bidliet fir-relazzjoni tagħkom, l-iskedi tagħkom, l‑ammont ta’ libertà tagħkom. Ikteb il-ħsibijiet tiegħek dwar it-telf potenzjali – u kif inti tista’ tibqa’ żżomm magħhom, permezz ta’ aġġustamenti u bidliet żgħar, għal perijodu itwal.
  4. Ħu l-ħin tiegħek biex issolvi l-kwistjonijiet tiegħek. Huwa faċli li wieħed jinjora dawn il-kwistjonijiet meta l‑ħajja tkun faċli. L-għoti ta’ kura, speċjalment hekk kif tintensifika, ser jagħmel il-ħajja diffiċli. U, tkun aktar tqila jekk għandek xogħol emozzjonali mhux riżolt jekk dan jirrelata mal-persuna li qed tieħu ħsieb jew membri oħra tal-familja.

Jekk issibha diffiċli biex tieqaf għalik innifsek jew biex issib il-vuċi tiegħek, dan hu mument tajjeb li taħdem mat‑terapista tiegħek jew il-kowċ tal-ħajja tiegħek sabiex tikseb il-kunfidenza fid-deċiżjonijiet tiegħek u l-vuċi tiegħek.

Titqabad miegħek innifsek biex tistaqsi għall-għajnuna? Issa huwa l-ħin propizju biex tifhem għaliex u tibda tippratika. Li tkun taf kif u meta titlob għall-għajnuna hija ħila kbira, li tista’ ssir ħafna importanti għalik.

  1. Sib l-aħjar tiegħek-fiżikament u finanzjarjament. Sib rutina ta’ xogħol li tgħoġbok. Immassimizza l-ammont ta’ ikel għas-saħħa li tiekol. Ħallas id-debitu kollu tiegħek. Ġemma’ kemm tista’ Trid tkun fl-aħjar tiegħek-fiżikament, emozzjonalment u finanzjarjament.
  2. Tgħallem l-istorja ta’ ħajjet il-persuna li qed tieħu ħsieb. Iddokumenta l-istorja f’ġurnal, vidjow jew reġistrazzjoni awdjofonika. Ġemma’ riċetti, ritratti, ittri, poeżiji u rekords li jirriflettu l-ħajja u l-kisbiet tal-persuna li qed tieħu ħsieb. Staqsi mistoqsijiet dwar it-tfulija, ħut u l-ewwel imħabba tal-persuna li qed tieħu ħsieb. Involvi membri oħra tal-familja, li jinkludu tfal fid-diskussjonijiet.
  3. Ibda l-jum fil-konsapevolezza li għandek l-imħabba. Forsi l-akbar battalji fl-għoti tal-kura jibdew minn ġewwa. Ħafna battalji verament huma dwar jekk intix maħbub jew le- minn min tieħu ħsieb, minn membri oħra tal‑familja, minn ħbieb, mill-parti sinifikanti tiegħek. Waqqaf dik il-battalja issa: Kun af li għandek l-imħabba. Kun af issa sabiex tkun tista’ tfakkar lilek innifsek aktar tard.
  4. Tuffieħa kuljum…. X’tista’ tagħmel fuq bażi regolari biex iżżomm lilek innifsek b’saħħtek? Kun tajjeb miegħek innifsek- inti importanti ħafna illum (u għada u kuljum wara dak) sabiex ma tibqax tagħti kas saħħtek. Fi kliem ieħor, x’inhi t-tuffieħa tiegħek?

Suġġeriment ta’ malajr: Organizza l-formoli u d-dokumenti li jkollok bżonn fil-futur.

Qed Nibda Ngħin

 

Stadju 2: Il-Carer Prinċipjant

Εικόνα2 - CopyBdejt ngħin membru tal-familja jew ħabib/a.

 

Min inti?

Bdejt tgħin lil membru tal-familja tiegħek fuq bażi regolari, kull ġimgħa, jew forsi anke ftit drabi fil-ġimgħa. Il‑kompiti tiegħek ivarjaw minn meta tagħmel xi qadi u tħallas il-kontijiet għal xi assistenza b’kura fuq il-post.

 

Il-kelma ewlenija tiegħek: Fittex

-Fittex servizzi li jgħinuk.

-Fittex appoġġ li jserrħek

-Fittex modi kif tgawdi l-passatempi u l-interessi tiegħek.

 

L-Isfida Tiegħek

Biex tiskopri soluzzjonijiet li jaħdmu.

 

L-Iskop Tiegħek

Dan hu d-dħul tiegħek fir-rwol tal-għoti tal-kura. Dan hu ż-żmien tiegħek biex tesperimenta, sabiex ixxarrab saqajk u tara x’jaħdem. Din l-opportunità tiegħek biex titgħallem kif l-industrija fil-qasam tal-kura tas-saħħa taħdem miegħek, jew f’xi każijiet, kontrik. Issa huwa ż-żmien li tifforma l-personalità tiegħek dwar l-għoti tal-kura: Liema huma d-doveri li inti tħossok komdu tagħmel? Liema huma d-doveri li jagħmluk skomdu? Kemm sejjer tajjeb inti u l-persuna li tieħu ħsieb? Liema sitwazzjonijiet ser joħolqu stress hekk kbir għat-tnejn li intom?

Dan huwa ż-żmien ukoll meta tibda tara l-baġits meħtieġa fil-preżent u fil-futur sabiex tara l-għoti ta’ kura li tkun meħtieġa mill-persuna li qed tieħu ħsieb.

Barra minn hekk, ibqa’ segwi l-passatempi u l-interessi tiegħek (għandu mnejn tibqa’ żżomm biss dawk li tieħu gost tagħmel l-aktar), billi tiżgura li jkollok vizzju li tqatta’ ftit ħin waħdek, tgawdi lilek innifsek.

 

Bħala “carer prinċipjant”, x’tista’ tagħmel?

1. Tgħallem kemm tista’ dwar il-mard jew il-kundizzjoni tal-persuna li qed tieħu ħsieb. Ikkonsulta mal-fergħat ewlenin jew il-kapitli tal-organizzazzjonijiet nazzjonali bħal The Arthritis Foundation, The Alzheimier Association, The Cancer Society. Il-futu,r x’ser iġib għalik u għall-persuna li tieħu ħsieb?

2. Tgħallem provdi kura xierqa mingħand professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa jew minn vidjows dwar il-kura tas-saħħa, manwali jew kotba. Jekk il-persuna li tieħu ħsieb tittieħed l-isptar jew tirċievi terapija fuq perijodu ta’ żmien qasir f’dar tal-kura, staqsi lil personel sabiex juruk t-tekniki tajba fl-għoti tal-kura: irfigħ, trasferimenti, kif taħsel. Jew, fittex fuq l-internet għall-tagħrif dwar kura applikata.

Huwa diffiċli ħafna tipprovdi kura meta ma tkunx żgur dwar dak li qed tagħmel. Tħossok ħafna aħjar meta tkun kunfidenti bil-ħiliet tiegħek.

3. Ingħaqad ma’ grupp t’appoġġ onlajn jew fil-komunità tiegħek. Huwa iżolanti ħafna meta tkun carer. Gruppi ta’ sostenn ser jingħaqdu ma’ oħrajn f’sitwazzjonijiet simili; ta’ spiss, ser titgħallem dwar riżorsi komunitarji u għażliet minn carers oħra li ma kontx konxju dwarhom.

4. Ħu waqfiet regolari mill-għoti ta’ kura. Ippjana għal waqfien regolari – siegħa kuljum, lejla fil-ġimgħa jew ġurnata kull xahar – ara x’tista’ timmaniġġja. Elenka l-għajnuna ta’ qraba tiegħek u tas-servizzi tal-komunità (bħal grupp ta’ voluntiera fil-knisja lokali tiegħek) sabiex tkun tista’ tieħu waqfa b’mod regolari. Il-qraba jistgħu jgħinuk f’ħafna modi – permezz ta’ għajnuna finanzjarja, appoġġ soċjali (billi jmorru regolarment għand il-persuna li tieħu ħsieb regolarment sempliċiment biex “jitkellmu”) kif ukoll appoġġ ta’ għajnuna temporanja.

5. Oqgħod fuq għajnuna minn organizzazzjonijiet komunitarji. Meals on Wheels, aġenziji li jipprovdu l-kura fid-dar u ċentri ta’ kura ta’ matul il-jum, biex jissemmew xi ftit, jistgħu joffru servizzi li l-persuna li tieħu ħsieb teħtieġ.

Ikkuntattja lil Aġenzija fiż-Żona tiegħek dwar l-Anzjanità għal lista ta’ servizzi u organizzazzjonijiet fil-komunità tiegħek. Żur l-istor ta’ forniment ta’ tagħmir mediku lokali sabiex issib tagħmir u aġġeġi li jtejbu l-ħiliet tal-persuna li tieħu ħsieb – u l-indipendenza għalik. Ftakar, li tippermetti l-għajnuna t’oħrajn huwa sinjal ta’ saħħa.

Barra minn hekk, staqsi dwar programmi lokali, statali jew federali li jistgħu jipprovdu assistenza finanzjarja għalik u/jew għal persuna li tieħu ħsieb. Hekk kif il-ħtiġijiet ta’ kura għall-persuna li tieħu ħsieb jiżdiedu, hekk ukoll l‑ispejjeż assoċjati mal-kura tiegħu jew tagħha. Meta tifhem liema programmi jistgħu jgħinu, minbarra li tifhem dak li l-persuna li tieħu ħsieb jista’ jaffordja, tkun tista tippjana b’mod aktar xieraq għall-futur.

6. Żomm ix-xewqat tal-persuna li tieħu ħsieb f’moħħok. Jekk ikun xieraq, staqsi dwar kif jaħsibha jew taħsibha u għall-ideat. Il-persuna li tieħu ħsiebha għadha tħossha tajjeb tgħix id-dar? Il-persuna li tieħu ħsiebha minn xiex tibża’ jew titwerwer? (Dawn huma mistoqsijiet tajba li tajjeb li tistaqsi lilek innifsek ukoll!)

7. Irrifletti dwar il-bidliet fil-ġurnal tiegħek. Kif tħossok issa? X’inhu t-tħassib tiegħek? Biżgħat? Għal liema fini qed taħdem? X’telf indunajt bih matul dan il-perijodu? Liema bidliet fir-relazzjoni jġagħluk tħossok imdejjaq? Liema bidliet serħulek rasek?

8. Ibda ġurnal ieħor li tista’ tuża biex tapprofondixxi l-ħtiġijiet tal-persuna li tieħu ħsieb u r‑responsabiltajiet tiegħek bħala fornitur tal-kura. Innota kull bidla fuq is-saħħa u l-kundizzjoni tal-persuna li tieħu ħsieb sabiex inti tista’ tiddiskuti b’mod kunfidenzjali it-tħassib tiegħek waqt l-appuntamenti tat-tabib. Uża l-ġurnal tiegħek bħala manwal għall-għoti ta’ kura, li tista’ tgħin meta oħrajn jidħlu biex jipprovdu l-kura. Ibqa’ ħu nota tal-vjaġġ tiegħek dwar il-forniment tal-kura fl-ewwel ġurnal tiegħek. X’jikkawżak tibki t-telfa?

9. Ħu drawwa li b’mod regolari żżomm laqgħat tal-familja. U, jekk inti u l-persuna li tieħu ħsieb taqsmu dar ma’ membri oħra tal-familja (li jinkludu tfal), ikkonsidra li toħloq Regoli tad-Dar. Ir-regoli għad-dar jinkludu:

-Min għandu jagħmel xiex, kif u meta;

-Linji gwida għall-ġlied, divertiment u festivitajiet (ċelebrazzjonijiet);

-Skeda għal laqgħat u l-iskopijiet tagħhom;

-Aspettazzjonijiet rigward appoġġ, impenn u parteċipazzjoni.

10. Iġġestixxi l-flus: Żviluppa baġit, żomm kont tal-ispejjeż, stabilixxi sistema ta’ filing għal kontijiet u rċevuti. Żomm l-ispejjeż tal-persuna li tieħu ħsieb separati minn tiegħek u tal-familja tiegħek. Żomm kont (u rċevuti) ta’ kwalunkwe kont li tħallas tal-persuna li tieħu ħsieb. Jekk inti tħoss li dan hu wisq għalik, ikkonsidra li tqabbad professjonista, bħal konsulent finanzjarju jew uffiċjal fiduċjarju tal-bank, li jissorvelja s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna li qed tieħu ħsieb, inkluż il-ħlas tal-kontijiet.

11. Ibda Fond ta’ Soluzzjonijiet sabiex tkun tista’ ssolvi problemi. Il-kont jiffinanzja soluzzjonijiet għal dwejjaq, waqfiet u pjanijiet ta’ back-up. Ikkontribwixxi ammont kull xahar; ippermetti flessibilità lilek innifsek dwar kif tuża l-baġit ta’ kull xahar. Uża l-fond għal persuna li tieħu ħsieb, għad-dar, għalik.

Uża l-Fond tas-Soluzzjonijiet għall-persuna li tieħu ħsieb sabiex tikri servizzi bħal kura ta’ saħħa fid-dar, ġurnata mal-adulti jew tixtri logħob.

Uża l-fond għad-dar tiegħek (jew tal-persuna li tieħu ħsieb) sabiex tikri is-servizz ta’ tindif, iż-żamma tal-ġnien, it‑tneħħija tal-borra. Il-fond jixtrilek is-servizzi tal-konsulent jew kowċ dwar il-ħajja, jew għal servizzi ta’ fsied, klasiijiet ta’ edukazzjoni għall-adulti u attivitajiet. Staqsu lil membri tal-familja biex jikkontribwixxu għal Fond tas‑Soluzzjonijiet tiegħek.

12. Ara li jkollok pjanijiet oħra fl-isfond u mbagħad pjanijiet fl-isfond għal pjanijiet fl-isfond Staqsi lilek innifsek, “X’jiġri jekk…” u mbagħad oħloq pjan biex tiġġestixxi dawk il-“X’jiġri jekk.” Jekk tista’ tiġri, x’aktarx li tiġri. Kun lest bi pjan. Maniġer tal-kura ġeriatrika jista’ jkun imprezzabbli biex jiġu żviluppati pjanijiet fl-isfond.

13. Ibni l-ġenna tiegħek ta’ privatezza. Sejjaħ l-bedroom sper jew rokna fil-kantina tiegħek stess. Żid l-affarijiet favoriti tiegħek (kotba, ċikkulata, xemgħat, skrepbook, ġurnal, mużika, TV, vidjows, fotografija, ritratti tal-familja) sabiex tagħmel l-ispazju għal irtirar li tħobb tuża.

14. Ibqa’ żomm l-istil ta’ ħajja għal saħħtek. Ħu nota meta l-istress jikkawża li tiekol wisq ikel ta’ kumdità jew ftit wisq mixjiet. Wieħed mill-aħjar difiżi kontra l-impatt tal-istress hu li tgħix stil ta’ ħajja għal saħħtek.

15. Tuffieħa kuljum …. Fejn qegħda t-tuffieħa f’dan l-istadju? X’jgħinek tħossok tajjeb fuq bażi ta’ kuljum? Gawdi t-tuffieħa tiegħek kuljum.

Għajnuna

 

Stadju 3: Il-Carer t’Esperjenza

Εικόνα3Qed ngħin membru tal-familja jew ħabib/a

 

Min inti?

L-involviment tiegħek mal-persuna li tieħu ħsieb huwa kważi kuljum – jekk mhux kostanti. Il-persuna li tieħu ħsieb tista’ tkun qed tgħix miegħek – jew l-involviment tiegħek ifisser li l-jum tiegħek hu strutturat sabiex tkun disponibbli għall-persuna li tieħu ħsieb.   Tibda titħasseb, kemm tista’ ddum tgħix b’dan il-mod? Il-burdata tiegħek hija xi kultant tajba – tħossok kburi li rnexxilek tipprovdi kura hekk tajba u tieħu deċiżjonijiet li jsostnu x-xewqat tal‑persuna li qed tieħu ħsieb u xi kultant burdata ħażina – għaliex inti? Tkun qed tibki t-telf tal-kapaċitajiet u l‑funzjonijiet tal-persuna li tkun qed tieħu ħsieb u ta’ spiss timmissja l-jiem qabel l-għoti tal-kura. U, tħossok għajjien.

 

Il-Kelma Ewlenija Tiegħek: Tirċievi:

-Tirċievi għajnuna – minn kwalunkwe persuna li toffri;

-Ħu breaks mill-għoti ta’ kura;

-Trċievi l-appoġġ.

 

L-Isfida Tiegħek

Sabiex issib l-appoġġ u s-saħħa biex tkompli.

 

L-Iskop Tiegħek

Sabiex tiżviluppa rutina, toħloq skeda familjari kemm għalik u kemm għall-persuna li qed tagħti l-kura. Rutina ser tgħinek tkampa mal-istress u r-responsabilitajiet kbar li ser iħeddluk. Rutina ser tipprovdi serħan tal-moħħ għalik u għall‑persuna li tieħu ħsieb- dan l-istadju jista’ jkun l-aktar diffiċli għat-tnejn li intom. Il-bidliet li ppreparajt għalih fi Stadju I u II issa huma realtà – inti sirt il-fil ta’ ħajja għal membru tal-familja jew ħabib/a.

Minbabba r-rutina ta’ kura tal-persuna li tieħu ħsieb, oħloq rutina għalik. Fir-rutina tiegħek inkludi: Ħin għall‑affarijiet mhux mistennija, ritwal li jibda u jtemm il-ġurnata tiegħek; u attività ta’ “38ealthiness” li tindokra l‑ħtiġijiet spiritwali, emozzjonali, fiżiċi u mentali tiegħek.

 

Bħala “carer ta’ esperjenza,” x’tista’ tagħmel?

1. Stabilixxi l-limiti tiegħek fil-jum tiegħek u fir-rowl tiegħek. Kemm jista’ l-persuna li qed tieħu ħsieb jibqa’ d‑dar? X’inhu l-livell ta’ konvenjenza fil-forniment ta’ kura fid-dar tiegħek? Pereżempju, xi carers tal-familja jħossuhom skomdi meta jagħtu kura meta l-persuna li qed jieħdu ħsieb isiru inkontenenti. Oħrajn jistabbilixxu li jistgħu jipprovdu kura fid-dar kemm-il darba l-assigurazzjoni jew il-benefiċċji ta’ Medicare jikkompensaw xi wħud mill-ispejjeż tal-kura fid-dar. Oħrajn iħossu li jistgħu jipprovdu kura kemm-il darba membri oħra tal-familja, bħal konjugi u tfal adulti, jistgħu jissaportu.

Daqs kemm hu importanti li tifhem il-limitazzjonijiet fir-rwol tiegħek, hu li tagħraf il-limiti tiegħek matul il-jum. Ikkonsidra:

-Liema doveri u responsabbiltajiet jinħassu bħala taqbida?

-Liema ħinijiet ta’ matul il-ġurnata tħoss l-akbar ammont ta’ stress?

-Kull meta tħossok ma tistax tlaħħaq, titlef il-boxxla, tfittex għal soluzzjoni?

-X’issib li jista’ jwaħħxek jew li tobgħod?

-Meta tħossok f’xi taqtiegħa ta’ ġbid tal-ħabel mal-persuna li qed tieħu ħsieb?

-Liema ħinijiet ta’ matul il-jum huma ibsin għal persuna li tieħu ħsieb?

-Meta waqt il-ġurnata it-tħassib dwar il-persuna li tieħu ħsieb jintensifika?

Meta tifhem x’inhuma l-limiti tiegħek, tista’ tfittex l-għajnuna biex tiġġestixxi x’hemm lil hinn mil-limiti. Li tifhem il‑limiti tiegħek ser jiżgura li inti, il-persuna li tieħu ħsieb u l-familja tiegħek ser tibqgħu f’post sikur.

Kulħadd għandu l-limiti tiegħu. X’inhuma tiegħek?

2. X’inhuma l-limiti tal-persuna li tieħu ħsieb? Li tifhem x’inhuma l-limiti tal-persuna li inti tieħu ħsieb ser jgħinuk tiskeda l-jum tiegħek u torganizza l-għajnuna tiegħek. Il-limiti ser jinbidlu regolarment, allura kun konxju dwar it-tibdil fit-tolleranza u l-għeja. M’intix żgur kemm għajnuna għandek tiskeda? Żid aktar milli taħseb. Qatt ma jista’ jkollok biżżejjed.

3. Ibqa’ ħu waqfiet regolari. Ikkonsidra waqfiet ta’ ġimgħa kull sena – stħarreġ is-serħan għal perijodu ta’ żmien qasir fid-djar tal-anzjani fil-komunità tiegħek. Jew, staqsi lil qraba sabiex ikunu huma li jfornu l-kura għal ġimgħa jew tnejn kull sena jew kull sentejn. Ibqa’ ħu breaks kuljum, kull ġimgħa u kull xahar. Ibqa’ żomm ħaj l-interessi u l-passatempi tiegħek kif l-aħjar tista’. Ħu l-ħin tiegħek sabiex tgawdi l-post ta’ serħan tiegħek fi Stadju II.

4. Uża l-Fond ta’ Soluzzjonijiet tiegħek. Agħmel depożiti u iġbed, billi tuża l-flus għal biex taqta’ id-dwejjaq, waqfiet u pjanijiet fl-isfond.

5. Żomm mas-sistema t’appoġġ-grupp ta’ appoġġ ta’ carers li jifhmu u ifhem lil membri tal-familja u l‑ħbieb.

6. Ibqa’ tgħallem dwar l-marda u l-kondizzjoni tal-persuna li qed tieħu ħsieb. Xi jmiss għal persuna li qed tieħu ħsieb? Inti lest għall-istadji li jmiss fil-marda tiegħu jew tagħha?

7. Żid l-għajnuna hekk kif il-persuna li qed tieħu ħsieb inaqqas. Kun komdu bl-għoti ta’ aktar għajnuna hekk kif aktar għajnuna tkun meħtieġa. Għandek mnejn taħseb, “Jiena ok jekk inżomm il-livell ta’ għanuna kif inhu.” Sfortunatament, li żżomm il-livell fejn il-persuna li qed tieħu l-kura kienet pjuttost milli fejn hu jew hi ser iweġġgħu lit-tnejn li intkom. Innota t-taqbidiet tal-jum, jaħdmu biex iżidu l-għajnuna għalik u għall-persuna li tieħu ħsieb sabiex tiġġestixxi t-taqbid.

8. Iġġestixxi l-baġit daqs kemm tiġġestixxi l-kura. Hekk kif il-ħtiġijiet tal-kura jiżdiedu, hekk ukoll il-baġit. Meta l-persuna li tieħu ħsieb għandu biżżejjed fondi għal madwar 18-il xahar f’dar residenzjali, allura ħu nota tas-sitwazzjoni. Dan hu ż-żmien li tikkonsidra t-tqegħid f’dar ta’ kura, meta l-fondi tal-persuni li tieħu ħsieb ser jaffordjaw l-aħjar għażliet. Żomm laqgħa tal-familja, żur il-faċilitajiet lokali, ikkonsulta l-professjonisti, bħal maniġer tal-kura ġerjatrika. Għandek mnejn tiddeċiedi li dan mhux iż-żmien biex tiddeċiedi. Dak ok. Huwa importanti li tkun konxju li xi kultant il-baġit jistabbilixxi d-deċiżjoni fejn persuna li tkun qed tieħu ħsieb tibqa’ tirċievi l-kura.

9. Ibqa’ ikteb fuq iż-żewġ ġurnali – tiegħek u l-ieħor dwar il-persuna li tieħu ħsieb.

10. Aħfer lilek innifsek għal mumenti ħżiena u jiem ħżiena. Ser jiġru. Wara li jseħħu, erġa’ ibda b’lavanja nadifa biex terġa’ tibda mill-ġdid.

11. Stabilixxi limitazzjonijiet li jipproteġu: Il-Ħin Tiegħek; Il-Valuri Tiegħek; Il-Benesseri Tiegħek, il-Prijoritajiet Tiegħek; Lilek Innifsek. Eżempji ta’ kif tikkomunika limitazzjonijiet jinkludu:

_ “Qed nieħu break ta’ sagħtejn wara l-ikla ta’ nofsinhar. Għandi dak kollu li għandek bżonn lest fis-soġġorn. Grazzi ħafna talli qed tgħinni ngawdi dan il-ħin. Jiena grat għal appoġġ tiegħek.”

Jiena skomdu bit-ton tad-diskussjoni tagħna. Ejjew naġġornaw it-taħdita tagħna s’għada.”

-“Jiena prenotat, u għalhekk ma nistax nissodisfa dik it-talba. Grazzi talli ħsibt fija.”

12. Agħti spazju lilek innifsek u lil min jieħu ħsiebek għal mumenti diffiċli u l-ġranet koroħ. Meta jkollok jum iebes, sempliċiment għid: “Qed ikolli jum ikraħ. Ser nieħu ftit minuti għalija nnifsi.” Meta tkun tmissu tal-persuna li qed tieħu ħsieb, għid, “Jiddispjaċini li qed ikollok jum ikraħ. Ser ikolli nallarga għal ftit mumenti.”

13. Tuffieħa kuljum …. Fejn qegħda t-tuffieħa f’dan l-istadju? Għandu mnejn tħossok ittantat tissagrifika t-tuffieħa tiegħek f’dan l-istadju. It-tuffieħa tiegħek ma tistax tiġi sagrifikata. It-tuffieħa tiegħek hija dik li ġegħlek tħossok normali, Bħalek innifsek. Żommha.

Għadni Qed Ngħin

 

Stasju 4: Il-Carer Pragmatiku

Εικόνα4Għadni qed ngħin lil membru ta’ familja jew ħabib.

 

Min inti?

Għaddejt minnha lkoll: Dħul u ħruġ fi sptar; mawriet qosra ta’ rijabilitazzjoni fi djar tal-kura; firxa wiesgħa ta’ servizzi komunitarji. Għandek mnejn tidher li tiddubita l-parir ta’ professjonisti fil-qassam tal-kura tas-saħħa; Ilek fis-sistema tal-kura tas-saħħa żmien biżżejjed sabiex tkun taf li kultant il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa mhux dejjem għandhom l-aħjar interess tiegħek fuq moħħhom.

Xi membri tal-familji u professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa jinkwetaw dwar il-ħila tiegħek li ssib l-umoriżmu f’sitwazzjonijiet li huma jħossu offensivi. Jaraw l-imġieba tiegħek bħala “ħarxa” u “indifferenti.”
Lil hinn minn hekk, inti għandek mod prattiku u realistiku ħafna lejn ir-rwol tal-għoti tal-kura- u s-sens ta’ umoriżmu tiegħek kien għodda kritika għas-sopravivenza tiegħek.

 

Mingħajr is-sens ta’ umoriżmu, kont iċċedi żmien ilu.

 

Il-Kelma Ewlenija Tiegħek: Merħba

-Merħha għall-ferħ tar-relazzjoni tiegħek;

-Merħba għal maħfra (tiegħek innifsek, tal-persuna li tieħu ħsieb, tal-membri l-oħra tal-familja u ħbieb);
-Merħba għal attivitajiet kondiviżi.

 

L-Isfida Tiegħek

Sabiex takkwista fehma aħjar tiegħek innifsek u tal-persuna li tieħu ħsieb.

 

L-Iskop Tiegħek

Sabiex takkwista fehma aħjar tiegħek innifsek u tal-persuna li tieħu ħsieb. Tkun issettiljat fir-rwol u r-rutina tiegħek; issa hija l-opportunità biex tagħmel pass lura u tirrifletti. L-ewwel tliet stadji qegħdu l-pedamenti għal dan l-istadju, il-perijodu tiegħek ta’ żvilupp personali.

 

Bħala “carer pragmatiku,” x’tista’ tagħmel?

  1. Aħdem biex issib il-ferħ fir-relazzjoni tiegħek mal-persuna li tieħu ħsieb. L-akbar ostakli ta’ hena huma d‑doveri attivi: hasil, tlibbes, kura ta’ inkontinenza. Imma dawn il-kompiti jġibukom flimkien, dan hu l-ħin tagħkom flimkien. Żid ftit gost għall-kura tiegħek bl-idejn: kanta l-kant, għid il-bużulotti, aqsam l-għanijiet u l-ħolm.
  2. Aħdem biex taħfer lil persuna li qed tieħu ħsieb għal weġgħat tal-passat. Ir-riżentiment għall-affarijiet ħżiena u ghall-inġustizzji fil-passat jista’ jagħmel ir-rwol attwali tiegħek tal-għoti ta’ kura diffiċli ħafna. Ħalli dak li kien u kkonċentra fuq dak li hu ta’ saħħa u produttiv. Li taħfer lil persuna li tieħu ħsieb huwa wieħed mill-aħjar modi kif tieħu kura tiegħek innifsek.
  3. Żviluppa drawwa sabiex tieħu gost f’attivitajiet li tikkondiviżi. Żviluppa rutina ta’ ħin misluf bħala raġel-mara, omm-bint, missier-iben pjuttost milli tkun carer jew persuna li tingħata l-kura. L-għarfin tar-rwoli ta’ carer u ta’ persuna li tieħu ħsieb jippermettilek li tieħdu gost b’xulxin.
  4. Ibda aħseb dwar il-futur tiegħek. Liema għanijiet baqgħalek tikseb? Kif tista’ tiksibhom? Kif jista’ l-persuna li qed tieħu ħsieb jgħinek tiksibhom?
  5. Tuffieħa kuljum …. Fejn qegħda t-tuffieħa f’dan l-istadju? X’jgħinek tħossok tajjeb fuq bażi ta’ kuljum? Għandu mnejn tħossok li trid tipprova xi ħaġa ġdida. Dak tajjeb! Qatt ma jista’ jkollok biżżejjed tuffieħ.

Biex tibdel

 

Stadju 5: Il-Carer f’Fażi ta’ Transizzjoni

Εικόνα5Ir-rwol tiegħi qed jinbidel.

 

Min inti?

Ilek tieħu ħsieb għal perijodu ta’ żmien u issa qed tħoss it-tmiem.

 

Il-Kelma Prinċipali Tiegħek: Ippermetti

-Ippermetti ħin biex tibki u tinkett;

-Ippermetti li t-tifkira tibqa’;

-Ippermetti riflessjonijiet għall-esperjenzi tiegħek.

 

L-Isfida Tiegħek

Biex twaqqaf l-‘għoti’ tal-forniment tal-kura u tiffoka fuq li “tkun.” Inti imdorri tmur u tagħti. Issa, huwa ż-żmien li tkun sempliċiment mal-persuna li tieħu ħsieb.

 

L-Iskop Tiegħek

Sabiex timxi mal-persuna li qed tieħu ħsieb matul l-aħħar xhur u ġimgħat, timplimenta d-deċiżjonijiet tiegħu jew tagħha dwar il-kura ta’ tmiem il-ħajja li t-tnejn kontu ddiskutejtu matul Stadju 1 (jew meta stajt tagħmel hekk). Hekk kif it-tnejn li intom tħossu li t-tmiem ikun wasal, dan huwa żmien ta’ niket u dispjaċir. U, dan l-istadju hu dwar imħabba u li tħossok tajjeb dwar il-vjaġġ li qsamtu flimkien. Inti wkoll ser tibda tistaqsi u tinkwieta dwar il-kapitlu li jmiss f’ħajtek.

 

Bħala “carer transitorju,” x’tista’ tagħmel?

  1. Uża l-aħjar ġudizzju tiegħek meta tieħu breaks. Issa għandek ħin ristrett x’taqsam mal-persuna li tieħu ħsieb. Afda’ f’dak li tħoss mill-istonku u dum kemm tħoss li hu sew għalik. Meta oħrajn jinkoraġġixuk biex tieħu waqfa u inti taf li mhux iż-żmien opportun, ħallihom ikunu jafu: “Il-ħin mal-persuna li nieħu ħsieb huwa l-prijorità tiegħi. Napprezza t-tħassib tagħkom. Jiena okej.”
  2. Ippermetti lilek innifsek li titnikket u tkun iddispjaċut. Qed tesperjenza telf tremend. Ser tħossha.
  3. Ftakar fil-persuna li qed tieħu ħsieb. M’għandekx għalfejn tagħti ħwejjeġ jew tneħħi ritratti – sa dak iż-żmien li tkun trid inti. Meta l-familja u l-ħbieb jidhru inċerti biex jitkellmu dwar il-persuni li qed tieħu ħsieb (it-tħassib tagħhom jista’ jinkwetak), assikurhom li meta jaqsmu l-memorji, id-daħq u l-istejjer dawn iġibu magħhom ferħ kbir.
  4. Irrifletti lura fuq ir-responsabiltajiet u d-deċiżjonijiet fl-għoti tal-kura li tajt bi kburija. Sib il-kuntentezza fil‑konsapevolezza li għamilt l-aħjar li stajt.
  5. Irrevedi l-ġurnal tiegħek. Kif inti differenti llum mill-ġurnata ta’ meta bdejt l-ewwel darba tikteb il-ġurnal tiegħek? Kif ser tuża din l-esperjenza biex tkabbar ir-relazzjonijiet futuri tiegħek?
  6. Tuffieħa kuljum …. Fejn qegħda t-tuffieħa f’dan l-istadju? Għandek mnejn tħoss li tuffieħa f’dan l-istadju mhix meħtieġa. Ħu tuffieħa. Hi li żommok tħossok hekk.
  7. Wara l-Għoti. Ingħaqad ma’ dawk li kienu carers oħra tal-familja sabiex jgħinuk taġġusta għall-ħajja wara l‑għoti tal-kura.

Tmiem

 

Stadju 6: Il-Carer mixtieq il-Ġid

Εικόνα6L-għoti tal-kura tiegħi intemm.

 

Min inti?

Ir-rwol tiegħek bħala carer intemm aktar minn sentejn ilu. Tħossok imġiegħel tagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ carers oħra. Taqsam informazzjoni faċilment ma’ carers oħra fl-istadji bikrija, tibda negozju dedikat biex jgħin carers tal-familja jew inkella ssib xogħol fejn inti tassisti carers tal-familja. U, inti tgħozz kull relazzjoni li għandek f’ħajjtek, għax tirrikonoxxi li kull ġurnata, u saħħtek, m’għandhom qatt jittieħdu bħala fatta.

 

Il-Kelma Prinċipali Tiegħek: Teżor

-Għożż il-ħolm tiegħek;

-Għożż l-isfidi li wasslu għal opportunitajiet u ħiliet ġodda għalik;

-Għożż l-opportunitajiet tiegħek sabiex taqsam il-lezzjonijiet mgħallma

-Għożż memorji tal-persuna li kont tagħtiha l-kura

 

L-Isfida Tiegħek

Biex tintegra r-rwol ta’ qabel bħala carer fil-ħajja ġdida tiegħek.

 

L-Iskop Tiegħek

Sabiex timplimenta l-lezzjonijiet li ħadt mir-rwol tiegħek bħala carer, mingħand il-persuna li kont tieħu ħsieb u l‑membri tal-familja u ħbieb tiegħek. Matul dan l-istadju, li jista’ jdum kemm tixtieq inti, anke tul ħajtek, ser tgawdi mill-benefiċċji tal-isforzi tiegħek.

 

Bħala “carer li mixtieq il-ġid”, x’tista’ tagħmel?

  1. Segwi l-ħolm tiegħek. Agħmel l-għanijiet tiegħek, realtà.
  2. Carers tal-familja ser iħarsu lejk bħala mgħallem u kap. Ħalli carers fl-istadji bikrija bl-istess libertà sabiex jitfixxklu u jistabilizzaw lilhom infushom bħalma ġralek inti. Aqsam l-esperjenzi ma’ dawk li qed jistennew li jsiru carers, carers prinċipjanti, carers b’esperjenza u carers pragmatiċi. Jistgħu jitgħallmu minnek!
  3. Għożż il-memorji li għandek tal-persuna li kont tieħu ħsieb. Ibqa’ ftakar lil persuna li kont tieħu ħsieb regolarment permezz ta’ ritwali, bħal tgawdija ta’ ġelat ad unur tagħha f’għeluq żmienha, jew billi tħawwel siġra ad unur tagħha. Meta taqra u tirrevedi d-djarju tiegħek ikun mezz tajjeb biex tiftakar.

Bla dubju ta’ xejn, l-aħjar tifkira tal-memorja tal-persuna li kont tieħu ħsieb hija ħajja li tibni għalik innifsek mimlija b’relazzjonijiet b’saħħithom, karrieri produttivi u ferħ u daħq.

  1. Tuffieħa kuljum… It-tuffieħ tiegħek żammewk għaddej. Issa, ikkonsidra kif ser tużhom biex toħloq il-futur tiegħek. Kif inbiddlu t-tuffieħat tiegħek? Kif inbdilt? X’tixtieq tipprova wara dan? Mur għaliha. Id-dinja hi t-tuffieħa tiegħek.
  2. Wara l-Għoti. Ingħaqad ma’ dawk li kienu carers oħra tal-familja sabiex jgħinuk taġġusta għall-ħajja wara l‑għoti tal-kura.

Permess ġentili minn

CareGiving.com. We care for you. Żur is-sit...