L-isfida li tieħu ħsieb membru tal-familja li jista’ ma jinħassx bħala familja

Meta tkun qed tieħu ħsieb qarib li jkun qed jixjieh, għandu mnejn tħoss li l-ġurnata tiegħek hija mimlija billi tipprova tistabilixxi x’inhi l-prijorità tiegħek. Ir-raġel tiegħek ser iħallik għal tmiem il-ġimgħa. Imma min ser jieħu ħsieb Ommok? It-tifla tiegħek teħtieġ l-għajnuna tiegħek; hija teħtieġ li toqgħod babysitter. Inti tħobb tqatta’ l-ħin man‑neputija. Imma min ser jieħu ħsieb Ommok? L-aqwa ħabib/a ċċempel: Trid tiltaqa għal pranzu u għal film il-Ġimgħa bil-lejl. Tal-ġenn kieku, imma: Imma min ser jieħu ħsieb Ommok?

Kif ser taqta’ l-linji i tistabbilixxi l-prijoritajiet ma jibqax ċar meta tkun qed tieħu ħsieb ġenitur jew konjugi jew qarib dirett. Issa daħħal il-fattur tal-istep. Mhix ommok li teħtieġ l-għajnuna tiegħek, imma t-tieni mara ta’ missierek. Huwa inti l-persuna proprja li għandek tgħin? Għaliex mhux it-tfal tagħha? Fejn qegħdin ħutha? Allura, meta tieħu dik it-telefonata minn persuna oħra li teħtieġ l-għajnuna tiegħek, għandek mnejn titħasseb: Qabbli kont nissagrifika din għal ommi, imma għandi għalfejn nissagrifika dan għat-tieni mara ta’ missieri?

Nitkellmu dwar uħud mill-kwistjonijiet li tiffaċċja meta tagħti lil kura lil persuna oħra li jkunu mħalltin magħna. U, ser noffru xi perspettiva dwar kif nistgħu navviċinaw l-għoti ta’ kura għal persuni oħra mħalltin magħna sabiex intom tistgħu tibbenefikaw mill-esperjenza.

Connie kellha 21 sena meta l-ġenituri tagħha ddivorzjaw u 25 sena meta missierha reġa’ żżewweġ. Id-divors tal‑ġenituri tagħha ma xxokkjahiex, għalkemm l-aġġaustament fiż-żewġt ‘id-djar’ matul il-vaganzi kien diffiċli. Imma, hekk kif iżżewwġet u kellha l-familja tagħha, hija ssettiljat f’rutina. Missierha u l-mara l-ġdida tiegħu, u ommha, agħmlu arranġamenti miftehma biex jaraw lin-neputijiet, biex ikunu jistgħu iżuru waqt il-vaganzi.

Ħamsa u għoxrin sena wara, Connie qed tħoss li l-ġenituri tagħha ser jerġgħu jgħaddu minn divorzju ieħor. Din id‑darba agħar. Il-mara ta’ missierha, Nancy, kellha attakk pupletiku u kienet ipparalizzata. Missierha jagħti kas Nancy; imma joqgħod fuq Connie sabiex tgħin fuq bażi regolari. Dan jagħmel lil omm Connie, Frances, irrabbjata sew.

“Inti qatt m’għandek ħin għalija,” Frances tgħid lil Connie. “M’għadniex niltaqgħu għall-ikla aktar nhar ta’ Tlieta, kif konna nagħmlu. Inti dejjem tgħin lil missierek u dik il-mara. Tista’ tagħmel spazju għaliha f’ħajtek. Għaliex mhux għalija?”

Connie tagħmel mill-aħjar biex tispjega l-pożizzjoni tagħha, li qed tgħin lil missierha aktar milli t-tieni mara tiegħu. Imma ommha tirrifjuta taċċetta kwalunkwe spjegazzjoni għajr ir-realtà tagħha. Connie għażlet it-tieni mara ta’ missierha fuq ommha.

It-tensjoni bejn Connie u ommha saret insupportabbli. Connie tħossha ħatja meta tkun għand missierha, għalkemm taf kemm għandu bżonn l-għajnuna tagħha. U, hi tieħu gost bil-kumpanija tat-tieni mara ta’ missierha. Aktar milli qatt stenniet. Hi ferħana li tista’ tkun ta’ għajnuna. X’tista’ tagħmel dwar ommha?
David kien qrib ta’ missieru; ommu ħallietu u lil missieru meta David kien għadu tifel żgħir. Ftit kellu kuntatt ma’ ommu meta kien qed jikber, li ħarġet barra mill-istat u reġgħet iżżewwġet. Hu jiftakar li kien iħoss in-nuqqas tagħha fil-bidu. Imma, kellu lil missieru, u għalhekk baqa’ għaddej.

Issa ommu reġgħek ġiet lura fil-lokalità, mar-raġel tagħha li għandu l-marda ta’ Alzheimer. Matul l-aħħar sitt xhur, hi ċemplet lil David biex tistaqsi għal parir tiegħu rigward materji legali u finanzjarji fir-rigward tal-kura tat-tieni raġel tagħha. Meta għall-ewwel bdiet iċċempel, hu ħaseb li dan ikun ċans għalihom li jiżviluppaw relazzjoni. Issa, iħossu li ġie użat.

Għaliex għandi ngħinha tgħin lir-raġel ġdid tagħha, jistaqsi lilu nnifsu. Hi ma kinetx tagħti kasi meta kont tifel żgħir.
Elizabeth, Jack u Matthew, li twieldu fi żmien tliet snin minn xulxin, minn dejjem kienu viċin ta’ xulxin. Meta l‑ġenituri ddivorzjaw, huma baqgħu ma’ ommhom. Missierhom reġa’ żżewweġ, eventwalment, lil mara li kienu jmorru tajjeb magħha.

Issa, it-tieni mara ta’ missierhom, June, saret il-fornitur tal-kura prinċipali għal missierhom, li għandu l-marda ta’ Parkinson. Peress li June saret fornitur tal-kura, Elizabeth, Jack u Matthew issibu lilhom infushom ma jaħmluhiex dejjem aktar. Qed jiddubidaw id-deċiżjonijiet tagħha, jgħidu lil xulxin, li missierhom ma jieħux gost b’dak il-mod. Ommhom kienet tagħmilha aħjar.

Tant saru ma jaħmlux lil June li issa dan sar jaffettwa kemm ta’ spiss u għal kemm żmien jinviżtaw lil missierhom.  Jidher li ma jistgħux jissepparaw l-emozzjonijiet għal June mill-emozzjonijiet għall-missier. Il-viżti mhumiex daqshekk frekwenti. U lanqas daqshekk amikevoli.
Sarah u Claire huma sorellastri, li jinsabu jgħixu flimkien fl-istess dar sa minn mindu kellhom 13 u 15-il sena. Filwaqt li qatt ma kienu qrib xulxin, baqgħu fuq termini amikevoli għall-aħħar 20 sena.

Sakemm omm Sarah u l-omm tat-tieni missier ta’ Claire kienu dijanjostikati b’kanċer terminali. Sarah trid lil Claire tgħin: Wara kollox, ommha kienet tieħu Clare wara li omm Clare abbandunatha. Imma, Claire dejjem għandha xi skuża għax ma tistax tgħin – deadlines fuq ix-xogħol, problemi mal-għarus, problemi bil-karozza.

Sarah tħossha wasslet li ma tistax tissaporti aktar. Għandha bżonn lil Claire – dan huwa wisq għaliha. Ir-rabbja dwar in-nuqqas ta’ ħila ta’ Claire huwa l-ħsieb ewlieni tagħha matul il-jum. Ma tistax ma tindunax kemm qed tgħajjat aktar ma’ uliedha, mar-raġel tagħha. Il-qattus tagħha jintefa’ gozz fil-kantuniera.

Hemm xi ħaġa dwar l-esperjenza tal-għoti tal-kura li joħroġ it-tifel jew it-tifla f’kull wieħed minna.

Hekk kif l-Omm tkun tixtieq l-għajnuna, l-aħwa jibdew jiġġieldu dwar kwistjonijiet li jkunu nkinsu raħt it-tapit 33 sena ilu. Il-persuna ewlenija li tagħti l-kura tibda tħoss emozzjonijiet lejn il-ġenituri tagħha u ħutha li tkun ilha ma tħoss minn mindu kellha 15-il sena.

U, meta membru step tal-familja jeħtieġ l-għajnuna, l-emozzjonijiet antiki kollha assoċjati mad-divorzju jew il-mewt li ppreċipitaw iż-żwieġ mill-ġdid jerġgħu jitilgħu fil-wiċċ u jinfetħu l-ġrieħi.   Waħħalt fit-tieni mara ta’ missierek li kissret iż-żwieġ tal-ġenituri tiegħek? Allura, x’aktarx li twaħħal fit-tieni mara ta’ missierek għal puplesija ta’ missierek.

Mgħaddab li t-tieni raġel t’ommok u ommok sabu biss ftit ħin għalik meta żżewwġu? Iċ-ċansijiet huma li ser twaħħal fit-tieni raġel t’ommok għax ma pprovdix il-kura ta’ kwalità li ommok teħtieġ.

Dawn l-emozzjonijiet jistgħu jkissru lilek, ir-relazzjonijiet tiegħek mal-istep u l-ġenitur tiegħek, u r-relazzjonijiet importanti f’ħajtek – mal-konjugi tiegħek, it-tfal tiegħek, il-ħbieb tiegħek.

 

Allura kif tista’ tiġġestixxi r-rwol tal-għoti tal-kura meta persuna barranija tal-familja tkun involuta? Hawn xi ftit suġġerimenti li jistgħu jfejqu xi ġrieħi antiki u jibnu relazzjoni ġdida u aħjar mal-familja tiegħek.

 

  1. Ipprova sib dak li l-ġenitur tiegħek tant iħobb fli-istep tiegħek. Forsi tista’ tara biss lit-tieni mara ta’ missierek minn għajnejn ommok: bħala l-“Mara l-Oħra.” Imma missierek qed jara xi ħaġa sabiħa fit-tieni mara tiegħu. Tista’ tipprova tara it-tajjeb, ir-raġunijiet għala l-ġenitur tiegħek iżżewweġ ma’ dik il-mara? Meta tiffoka fuq il-pożittiv, pjuttost milli thewden fuq in-negattiv, jista’ jtejjeb il-ħin li tqattgħu flimkien.

 

  1. Għal min-jew dwar xiex-qegħda? Xi kultant, l-istep tista’ tkun il-vittma innoċenti, il-persuna li kulħadd iwaħħal fiha bħat-tmiem taż-żwieġ jew it-tmiem ta’ dak li kien. Naturalment, xi kultant l-istep tilgħab rwol fit-tkissir ta’ żwieġ. Imma, il-persuna familjari barranija mhix l-uniku adult involut.

Allura dawk l-emozzjonijiet negattivi li jista’ għandek dwar il-persuna familjari barranija: Huma tassew dwar l‑istep? Huma dwar l-inkapaċita tal-ġenituri tiegħek li jagħmlu r-relazzjoni ta’ bejniethom taħdem? Jew, l-inkapaċità tagħhom li jieħdu ħsiebek waqt id-divorzju? Jew, dwar kemm hi injusta li missierek miet daqshekk żgħir?

Dawn huma mistoqsijiet diffiċli biex isaqsi – u t-tweġibiet jafu jkunu aktar diffiċli biex issib. Agħti lilek innifsek iż‑żmien li teħtieġ biex tiskopri l-verità.

 

  1. Erġa’ żur it-telfa li kkaġunat r-relazzjoni mal-persuna barranija tar-rispett. Kif ħassejtek sewwasew dwar id-divorzju jew il-mewt? Meta tieħu ħsieb l-istep jerġgħu jiġu lura dawk l-emozzjonijiet koroh li kellek meta d‑divorzju daħal fis-seħħ? Jew, fil-jum tal-funeral?

Meta tikteb l-emozzjonijiet tiegħek f’ġurnal huwa mod pożittiv biex terħihom. Jekk iżżommhom ġewwa – u timbutthom ’l isfel, ’lil hinn mill-wiċċ – jagħmlu l-emozzjonijiet akbar u aktar importanti milli fil-fatt huma. Jekk issib mezz kif terħihom f’mod san u pożittiv jinfetaħ l-ispazju għal imħabba u ferħ f’qalbek.

 

  1. X’mhux jaħdem? Kif tista’ tiġi rranġata? Ommok tħossha mgħaddba għaż-żmien li tgħaddi mat-tieni mara ta’ missierek. Ħutek is-subien iħossu li qed tittradixxi lil missierek meta tkun qed tgħin mat-tieni mara ta’ missierek. Ma tistax tirbaħ!

F’dawn is-sitwazzjonijiet. Staqsi lilek innifsek: X’inhu l-importanti għalik? X’taħseb għandek tagħmel issa, sabiex fi żmien għaxar jew għoxrin sena jkollok biss ftit rimors? U ftakar: Inti tikkontrolla l-emozzjonijiet u l-azzjonijiet tiegħek. Ma tistax tikkontrolla kif iħossuhom oħrajn; l-emozzjonijiet tagħhom hija r-responsabilità tagħhom, mhux tiegħek.

 

  1. X’qed jaħdem? Kif jista’ jitwassa’ Jekk tħares mill-qrib sew, ser tara li ċertu affarijiet qed jaħdmu. Tassew! Jista’ jkun li l-ajjutant d-dar ta’ fuq is-saħħa li inti sibt kien ta’ għajnuna tremenda. Jew, li missierek jirrispondi għal sejħiet bit-telefown min-neputijiet tiegħu. Filwaqt li jistgħu jidhru bħala kisbiet żgħar, tassew huma suċċessi kbar. Iġri bihom u kun miftuħ għal oħrajn.

 

  1. X’inhi s-sitwazzjoni reali? Oħtok dejjem ser tibqa’ mgħaddba għall-ħin li qattajt mat-tieni mara ta’ missierek? Probabilment. Pjuttost milli tipprova tibdel lil oħtok – jew ir-relazzjoni tiegħek mas-sorellastra tiegħek- iffoka fuq l-aspetti pożittivi tar-relazzjoni li għandek m’oħtok. Agħmel li toqgħod tqatta’ l-ħin magħha prijorità-darba fil-ġimgħa, darbtejn fix-xahar, darba fix-xahar. U, waqt il-ħin tagħkom flimkien, kun żgur li titkellem dwar kemm tieħu gost taqtta’ ħin magħha u x’influwenza sabiħa kellha fuq ħajtek.

 

  1. Ħalli l-maħfra tgħix f’qalbek – lejn l-istep tiegħek, il-ġenituri tiegħek, ħutek, miegħek innifsek. Filwaqt li mhux dejjem jidher hekk, ħafna nies ser jipprovaw jagħmlu l-almu tagħhom. Sfortunatament, ta’ spiss l‑inibizzjonijiet u l-beżgħat tagħhom jidħlu fin-nofs ta’ dak li hu ġeneruż u twajjeb.

Għalhekk, li ddaħħal il-maħfra fl-istil ta’ ħajja tiegħek, mhux xi stedina miftuħa għal oħrajn biex jimsħu saqajhom fik. Ieqfilhom u kun ċar dwar x’inhuma l-fruntieri tiegħek rigward imġieba aċċettabbli u lsien.

Il-kura għal step jista’ jkun ta’ sfida. Imma bħall-isfidi kollha fl-għoti tal-kura, tiftaħ ukoll il-bieb għal opportunitajiet sbieħ – għalik, l-istep, il-familja tiegħek. Għandu mnejn tissorprendi lilek innifsek!

Inħossni Kuntent Għax Naf li Għamilt L-Aħjar Tiegħi.

Nota tal-Editur: Peggy Walker tgħin lil ommha, Inez, tieħu ħsieb it-tieni raġel ta’ Inez. Mhux biss Peggy hija stepdaughter, imma hija wkoll stepmother għaż-żewġ ulied tat-tieni raġel tagħha. Peggy għandha tlett ibniet minn tagħha.

Saqsejna lil Peggy dwar l-esperjenzi tagħha bħala fornitur tal-kura “sekondarja” għall-istepfather; fil-fatt, hija l‑back-up ta’ ommha. Hawn huma l-kummenti tagħha:

 

Caregiving.com: Kif tista’ ssir fornitur tal-kura “sekondarju” għall-istepfather tiegħek? Kemm ilek fornitur tal-kura? Kont konsapevoli dwar ir-rwol ta’ fornitur tal-kura jew id-deċiżjoni kienet diġà saret għalik għax ħadd ieħor ma seta jagħmel hekk? Qatt ħassejtek maqbud f’nassa?

 

Peggy: It-tieni raġel ta’ ommi ġie dijanjostikat b’Alzheimer u Parkinson madwar tmien snin ilu. Qabel dak iż‑żmien, ommi kienet taqsam il-biżgħat tagħha miegħi dwar l-azzjonijiet tiegħu u kif kien qed jimmaniġġja l‑affarijiet. Ommu kellha d-dimenzja fl-aħħar snin tagħha u hi ma kinetx taf lill-istepfather tiegħi qabel ma mietet. L-istepfather tiegħi kellu biża’ li dan jista’ jiġri lilu, xi ħaġa li lkoll iddiskutejna. It-tħassib ewlieni tiegħu kien għal ommi sabiex tingħata kura lilha.

Fil-provi ta’ preparazzjoni għalina dwar dan, Ommi u jiena pprovajna naħdmu f’ħafna aspetti ra’ kura futura għalih u anke għaliha. Dan kien partikolarment diffiċli għal ommi peress li hi kienet dipendenti fuqu kompletament. Ir‑rwol tiegħi nbiddel f’dan iż-żmien fejn ma bqajtx biss il-bint imma ħabiba u konsulent lil ommi. Issa evolviet għal kważi rwol ta’ ġenitur għat-teħid ta’ deċiżjonijiet għaż-żewġ ġenituri.

Dan ir-rwol tiegħi jista’ jkun tikkettat bħala ta’ “wara l-kwinti” peress li ngħix kważi sagħtejn ’il bogħod mill-ġenituri tiegħi u ma narahomx kuljum. Imma fuq bażi regolari nagħmel ħafna telefonati f’isimhom. Għamilt vjaġġi ’l hawn u ’l hinn sabiex ninvista ta’ spiss kemm nista’. Ta’ spiss inkun frustrata meta nimmaniġġja l-affarijiet finanzjarji tagħhom, u meta nitkellem ma’ amministraturi, tobba u avukati f’isimhom – peress li jiena l-leħen tagħhom għalihom. Li tipprova tmexxi l-affarijiet b’mod lixx huwa importanti daqs li kieku tiċċekkjhom kuljum.

Waqt waħda miż-żjarat fin-nursing home ma’ ommi, l-istepfather kien inkwetat u mdejjaq. Bdejt nistaqsih x’inhu jdejqu. Ma tantx għandu l-kapaċità li jikkomunika imma f’dan il-ħin partikolari, hu ħares lejja u qalli li kien beżgħan li kien ser imut. Meta naf li dan ir-raġel Nisrani, ġentili u ġeneruż kien jaf li kien ser imur f’post aħjar jekk kellu jmut, staqsejtu għalixiex kien beżgħan? Wara aktar mistoqsijiet, kien evidenti li hu kien beżgħan li jħalli lil ommi. Wara li rassikurajtu li ommi kienet ser tiġi mħarsha, irrilassa u kollox baqa’ għaddej tajjeb. Madanakollu, m’hemmx għalfejn ngħid, l-emozzjonijiet baqgħu fija. Tant huwa diffiċli li tara l-ġenituri tiegħek jixjieħu.

 

Caregiving.com: Temmen li r-relazzjoni tal-“istep” ħalliet impatt fuq il-kapaċità tiegħek bħala fornitur tal-kura? Li rridu nfissru hu jekk inti ħassejt li t-tfal jew il-qraba tiegħu għandhomx jieħdu aktar responsabilità, minflokok?

 

Peggy: Ommi u l-istepfather tiegħi żżewwġu meta kelli 11-il sena u allura jiena u ħija, li kien erba’ snin iżgħar minni, kabbarna hu. Dan kien l-ewwel żwieġ tiegħu allura ma kienx hemm tfal oħra ħlief ħija u jiena. Kellna ħafna żminijiet diffiċli bit-tensjoni. Kien biss meta sirt adulta li żviluppajt ir-relazzjoni ta’ imħabba, ta’ kura u ta’ rispett li għandi mal-istepfather tiegħi. Bħala adult, irrealizzajt li hu kien l-uniku missier li ser inkun naf u li dejjem kien hemm għalija waqt li kont qed nikber u mbagħad fis-snin ta’ wara. Huwa nannu tal-għaġeb għal uliedi bniet u huma għandhom imħabba profonda lejh. Waħda minnhom semmiet tifel għalih u l-oħra (jekk ser ikollha tifel din is‑sena) probabbilment ser issegwi b’wieħed mill-ismijiet. Hu kien l-uniku tifel fil-familja, u allura aħna l-uniku familja li għandu, ħlief għal kuġini xjaħ, mill-bogħod.

Jiena niġġeled għalih u dan jafu. Is-sodisfazzjoni li nieħu hu li jaf li nagħmel dak kollu meħtieġ sabiex nieħu ħsiebu kif għandu jkun. Nieħu sodisfazzjon kbir fil-konsapevolezza li naf li qed nagħmel “l-aħjar” li nista’ nagħmel.

 

Caregiving.com: Kien hemm emozzjonijiet u sitwazzjonijiet diffiċli bejnek u l-familja tiegħek minħabba r-rwol tiegħek li tagħti l-kura? Jekk iva, kif immaniġġjajt is-sitwazzjoni?  Kont kapaċi tirrisolvi s-sitwazzjoni?

 

Peggy: Waħda mill-problemi li ffaċċjajt bir-rwol tiegħi fl-għoti tal-kura (mhux biss għall-istepfather imma issa wkoll għal ommi ta’ 85 sena) kienet il-familja tiegħi. Iridu li tingħata l-kura lin-nanniet tagħhom u r-raġel tiegħi jaf li rrid li nagħmel dak li jkolli nagħmel għalihom u nagħmilha waħdi, imma huma jinkwetaw li jiena nieħu aktar milli jmissni u li nħalli affarijiet idejquni wisq.  Waħda mill-bniet tiegħi rrimarkat “Jiena rrid lil ommi, ukoll”. Fil-passat, il‑forniment tal-kura tiegħi kien laħaq “forza li tmexxi” fi ħdani sabiex nagħmel l-affarijiet “sew u perfetti” għat-tnejn li huma. Kienet ossessjoni għalija li nagħmel hekk.

Illum, nipprova ma ninkwetax wisq għalihom, u nipprova ħafna biex ma nħallix “l-affarijiet iż-żgħar” jinkwetawni daqs kemm kienu jinkwetawni. M’hemmx soluzzjoni perfetta dwar meta tieħu ħsieb persuna maħbuba. Irridu nipprovaw niġġestixxu l-problemi maġġuri u nipprovaw ma nsolvux kull problema ċkejkna. It-tħassib ewlieni tiegħi hu li jkunu kemm jista’ jkun komdi; dak li nitqabbad għalih. Jiena wkoll obbligata lil uliedi, ir-raġel tiegħi u lil familja parti minni. Nipprova ma nħossnix ħatja talli ma nkunx hemm. Ommi issa qegħda f’faċilità ta’ għajxien indipendenti u jiena ma għadniex ninkweta fuqha bħal qabel; qegħda f’post tajjeb u tħobbu. L-istepdad hu fl-aħjar faċilità li nafu biha f’dan il-waqt u qed nagħmlu li nistgħu għalih bil-ħafna problemi li għandu. Minn daqshekk jiena grata għal ħafna affarijiet.

 

Caregiving.com: Liema kienet l-akbar sfida li kellek fir-rwol tiegħek fl-għoti tal-kura? Li kieku tista’, x’tibdel fis‑sistema tal-kura tas-saħħa tagħna jew il-komunitajiet tagħna sabiex il-kura lil persuni anzjani tkun relattivament aktar faċli?

Peggy: Nista’ nikteb ktieb dwar in-“nuqqas ta’” kura għas-saħħa fis-soċjetà tagħna. Hija tassew ħaġa sfortunata li l-anzjani tagħna huma trattati b’dan il-mod. Mhux biss fl-isptarijiet u n-nursing homes imma wkoll fis-soċjetà tagħna. Ommi (li hi mentalment żvelta u taġixxi ta’ waħda iżgħar għall-età li għandha) m’għandhiex vuċi.  In-nies donnhom “idawwru” widnejhom lejha minħabba għax hi anzjana. Allura ħafna drabi l-vuċi tagħha ma tiġix innutata.

Dan hu fejn ir-rwol tiegħi jidħol. Kelli nieħu pożizzjoni u nagħmel plejtu dwar dan. Kelli niġġieled ma’ ħafna persuni sabiex inkun nista’ nieħu ħsieb dawk għeżież tiegħi. Mar-raġel t’ommi, jidher li m’hemm l-ebda dinjità jew rispett ta’ xejn. Huwa sempliċiment raġel xiħ mingħajr moħħ. In-nies ma jistgħux jaraw għajnejh “jixgħelu” meta jara xi ħadd li jħobb. Hu sejjaħli oħtu, martu, il-kuġina tiegħu, zijtu, imma jafni u jaf li jiena nieħu ħsiebu. Narha f’għajnejh. Jaf li qegħda hemm għalih.

Il-komunitajiet tagħna jinsew dwar l-anzjani u l-persuni b’diżabilità. Il-familji tagħna jevitaw l-anzjani. Jevitawhom għax iridu “jiftakruhom kif kienu”. Hija biss permezz tal-grazzja t’Alla li wieħed minna mhux f’dan l-istat sfortunat ta’ esseri. Hekk kif għidt ħafna drabi, f’xi wieħed minn dawn il-ġranet tista’ tkun int u nista’ nkun jien.

Naħseb li l-edukazzjoni trid tiġi provduta mill-iskejjel tagħna, il-knisja, is-soċjetà mhux biss lil adulti, imma ukoll lil tfal biex jgħinu u jieħdu ħsieb l-anzjani. Trid issir xi ħaġa drastika sabiex l-anzjani tagħna jingħataw il-kura u tingħata lilhom ftit dinjità fl-anzjanità tagħhom. L-istepfather tagħna ġġieled fit-Tieni Gwerra Dinjija fil-Ġermanja. M’aħniex dovuti lejh u lil oħrajn?

 

Caregiving.com: X’parir tagħti lil persuni li jagħtu l-kura “sekondarji”? X’intuwitu jew għerf ġbart li tixtieq taqsam ma’ oħrajn?

 

Peggy: L-ewwel ħaġa, meta tkun iffaċċjat bit-teħid tal-kura ta’ persuna maħbuba, iċċekkja mal-aġenziji jew organizzazzjonijiet tar-riżorsi nazzjonali u statali. Irriċerka x’hemm disponibbli għalik għall-persuna maħbuba qabel ma tmur u tonfoq ħafna flus. Dawn l-aġenziji huma ġeneralment b’xejn u l-flus mit-taxxi tagħna jipprovdu għal dawn is-servizzi. Kull ma rridu hu li “nistaqsu għal għajnuna”. Xi ħadd qablek ikun iffaċċja problema simili u jkun kiteb dwarha jew ikun organizza grupp ta’ għajnuna. Sibna l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet utli ferm għal għajnuna u appoġġ.

Jekk il-persuna maħbuba tiegħek tinsab l-isptar, toqgħodx tippreżumi li ser tingħata l-attenzjoni u l-kura meħtieġa. Itlob lil membri tal-familja jew lil ħbieb biex tirranġaw bejnitkom jew tidħlu tiċċekkjaw sabiex jiġi żgurat li l-persuna maħbuba qed tiġi kkurata. L-isptarijiet tagħna m’għadhomx dawk li kienu; membru tal-familja m’għandux jippreżumi xejn dwar kura xierqa fl-isptarijiet tagħna. Sfortunatament, irridu nieħdu r-responsabilità fuqna sabiex tingħata kura medika tajba fl-isptarijiet.

Jekk il-persuna maħbuba tinsab f’nursing home, l-istess għandu jsir bħal li kieku kien sptar.  Kif ingħad qabel, żjarat f’ħinijiet mhux mistennija dejjem huma utli biex tkun taf fiż-żgur x’qed jiġri. Sibt li meta tmur f’“ras il-għajn” dejjem l-aħjar u l-uniku mezz biex wieħed jieħu ħsieb sitwazzjoni ħażina. Sfortuatament, ħafna mill-assistenti ma jkollhomx kompassjoni għal maħbubin tiegħek. Għalihom huwa biss xogħol. Dak ma jfissirx li mhumiex nies li ma jieħdux ħsieb, imma hemm ħafna li għandhom attitudni jew ma jieħdux ħsieb jagħtu kas dwar il-maħbubin tagħna.

Jekk jista’ jkun possibbli, ikri lil xi ħadd sabiex jgħin min qed jieħu ħsieb kuljum biex jinvista, jagħti x’jiekol u jieħu ħsieb lil persuna li tħobb.  Bil-Grazzja t’Alla, sibna koppja sabiħa li jagħtu titwila lill-istepdad, jagħtuh jiekol u jieħdu ħsiebu għal ftit sigħat kuljum. Dan kien ta’ benefiċċju lil ommi li ma tistax tkun hemm kuljum. Għalina, dawn kienu l-aħjar flus li kellna nonfqu għal kura tiegħu.

Għamilna wkoll telefown fil-kamra tal-istepfather tiegħi. Hu ma jistax iċempel imma l-koppja li tieħu ħsiebu jistgħu jsejjħu lil ommi fuq it-telefown u hu ikellimha. (Imblokka sejħiet ta’ distanza twila minn dan it-telefown.) Dan ippermettilu li jkollu forma oħra ta’ kuntatt u jagħti lil ommi ftit serħan il-moħħ li kollox ikun tajjeb.

Aktar importanti minn hekk, il-koppja tagħna bdiet iżżomm notebook spirali bid-data tal-viżita u f’liema qagħda jinsab, jekk ġiex maħsul u x’ġie diskuss mal-istaff fin-nursing home. Nista’ mmur narah u naqra dwar dak kollu li jkun għaddej matul il-jiem ta’ qabel. Aħna nżommu n-notebook fil-kexxun tiegħu fin-nursing home. Nimmaġina li oħrajn ikunu qraw dwaru fuq dan in-notebook, ukoll, ma taħsibx?

Inħoss li kamra semiprivata fi sptar jew nursing home hija aħjar minn waħda fejn il-persuna maħbuba tiegħek tinżamm f’kamra waħedha. Iffamiljarizza ruħek mal-familja ta’ sieħbu / seħibha fil-kamra. Irridu x’inhu l-aħjar għal persuna li jħobbu, ukoll. Dan jgħin biex ikun hemm għajnuna “ekstra” meta inti ma tkunx hemm. Aħna niċċekkjaw fuq sieħeb l-istepfather tiegħi u ser nitolbu għal għajununa meta jkun meħtieġ.

Aħna qegħdna kartelluni bħala sinjali fuq il-ħitan tal-isptar u l-kamra tan-nursing home fuq is-sodda tal-istepfather tiegħi. Pereżempju, “Tużawx l-Istros-Hu Jaspira!” “Jekk Jogħġbok Uża Rejżer Elettrika.” “Żomm is-Sodda tiegħu f’Angolu ta’ 90.” U hekk. Ħafna assistenti ġodda qatt ma jgħidulhom dwar il-pazjenti tagħhom. Dan inebbaħhom għal bżonnijiet; ċertament għandek tfakkarhom. “Rajthom jew qrajthom is-sinjali?”

Hemm tant persuni maħbubin li huma abbandunati fin-nursing home. Li jkollok ritratti tal-familja tel-persuna maħbuba tiegħek, albums li jista’ jara ta’ meta kien tifel, u albums tat-tfal tiegħu u n-neputijiet, huma t’għajnuna.

Milied wieħed ma kontx naf x’ser naqbad nagħti lil missieri, peress li hu invalidu bi ftit memorja biex jiftakar. Ħadt ritratti ta’ laqgħa familjari u ħadt ritratti individwali ta’ kulħadd. Użajt album żgħir li hu jista’ jżomm faċilment u t-tikkettajt kull ritratt bl-ismijiet tagħhom. Kien kapaċi juri l-album tiegħu lil oħrajn u jaqra dak li kont ktibtlu. Xi kultant kien jagħmlu taħt il-lożor miegħu fis-sodda.

In-nursing home għamlet album bir-ritratti li ġibna tiegħu ma’ ommu u missieru u b’ritratti tiegħu meta kien akbar, bħala adult. Il-persuni li jieħdu ħsiebu iħarsu lejn dan l-album. Jurihom li l-istepfather tiegħi huwa persuna importanti ħafna u parti importanti ħafna tal-familja tagħna.

Permess ġentili minn

CareGiving.com. We care for you. Żur is-sit...