Maria għandha 40 sena, għandha żewġ bniet, Kathy u Sophie, 8 snin u 5 snin u taħdem bħala segretarja full-time f’uffiċċju t’avukat. Riċentement ommha, Helen, 78 sena ġiet dijanjostikata bil-marda ta’ Alzheimer fi stadju ħafif. Helen minn dejjem kienet indipendenti ħafna u qatt ma riedet persuni oħra jbabsu madwarha.  Toqgħod f’dar qrib Maria.

Qabel id-dijanjosi, Maria kienet tinvista lil ommha 3-4 darbiet fil-ġimgħa, imma issa s-sitwazzjoni nbidlet u teħtieġ li tkun magħha kuljum. Helen ma tridx operaturi li jipprovdu l-kura, għax tgħid li jisirquha. Maria riċentement kellmet lil min jimpjegha dwar is-sitwazzjoni u talbet għal sigħat imnaqqsa sabiex tnaqqas is-sigħat tax-xogħol jew jiem.

Maria qed tinkwieta wkoll dwar il-kura tal-bniet iż-żgħar tagħha, għax issa huwa ż-żmien li jkollhom bżonnuha. Il‑konjugi ta’ Maria wkoll talab biex jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol sabiex ikun jista’ joqgħod mal-bniet tagħhom.

Jumejn ilu Maria għamlet tfittxija fuq l-internet għal tagħrif dwar il-marda ta’ Alzheimer u fortunatament sabet Helpline għal carers ta’ persuni bid-dimenzja.

L-istudju tal-każ ta’ Maria huwa eżempju ta’ kura sandwiċċ. Carer “sandwiċċ” huwa carer li jiddestreġġa l-kura tat‑tfal, bi jew mingħajr diżabilitajiet, jew partner b’diżabilità u l-kura għal qraba akbar fl-età.

Ġenituri ta’ ġenerazzjoni sandwiċċ huma misbuqa emozzjonalment u finanzjarjament bil-pressjonijiet biex ittellgħu t-tfal flimkien mal-kura ta’ qraba li qed jixjieħu, ġie rivelat f’riċerka minn Carers UK fir-Renju Unit – ejjew nieħdu r‑Renju Unit bħala eżempju f’din il-kwistjoni.

Ir-riċerka wriet li erba’ minn kull 10 (42%) carer sandwiċċ kienu qed jitqabbdu biex ilaħħqu hekk kif il-karrieri, il‑finanzi familjari u r-relazzjonijiet kienu qed ibatu.

Tliet kwarti ta’ carers sandwicċ mistħarrġa għar-riċerka raw telf fil-qligħ u 95% qalu li l-pressjoni affettwat il-ħila tagħhom li jaħdmu. Bħala riżultat, aktar min-nofs (52%) qalu li l-ispejjeż għal kura ta’ qraba akbar fl-età kienu qed jagħfsu fuq il-finanzi tal-familja – anke aktar min-numru ta’ dawk li qed jitqabbdu mal-ispejjeż tal-kura tal-ulied (50%).

Il-pressjoni li r-responsabilità tiġi simultanjament merfugħa għaż-żgħar u għal kbar qed tpoġġi pressjoni kbira fuq il-familja – b’żewġ terzi tal-carers sandwiċċ jirraportaw ħsara għaż-żwieġ u r-relazzjonijiet personali tagħhom.

Madwar ir-Renju Unit huwa stmat li hemm madwar 2.4 miljun ‘carer sandwiċċ’ – hekk kif madwar wieħed minn kull ħamsa ta’ persuni bejn l-45 sa 60 sena qed issostnu attivament lill-ġenituri waqt li uliedhom għadhom id-dar.  Sabiex tiġi indirizzata din l-isfida li dejjem qed tikber, Carers UK qed issejjaħ għal servizzi ta’ kura u postijiet tax‑xogħol sabiex jadattaw b’urġenza għall-għamla li qed tinbidel tal-ħajja tal-familja.

Heléna Herklots, Chief Executive ta’ Carers UK qalet: “Popolazzjoni li qed tixjieħ tfisser li l-forniment tal-kura għal persuni akbar fl-età jew b’diżabilità huwa inevitabbli għal familji kollha tagħna. Is-servizzi tal-kura u l-postijiet tax‑xogħol għandhom ilaħħqu ma’ din ir-realtà tal-ħajja familjari. Attwalment, il-familji ta’ spiss ma jistgħux jaċċessaw l-appoġġ li jeħtieġu u qed isibu ruħhom marsusa bejn il-kura għat-tfal, il-kura għal ġenituri akbar fl-età u x-xogħol – taħt pressjoni minn kull parti, u qed jaraw il-finanzi, il-karrieri u r-relazzjonijiet personali tagħhom jitnaqqru.”

Ftit aktar min-nofs il-carers (54%) kienu qed jiddestreġġaw ix-xogħol u l-kura tat-tfal u l-qraba akbar fl-età, imma terz minnhom kellhom iċedu sabiex ilaħħqu mat-talbiet tar-rwol doppju fil-kura li għandhom. Il-probabilità għan-nisa kienet erba’ darbiet aktar mill-irġiel biex iċċedu x-xogħol għal kura.

Minn dawk li jibqgħu jaħdmu, wieħed minn kull ħamsa (22%) sabu li x-xogħol bata minħabba stress, għeja u għax jaslu tard. Wieħed minn kull tmienja (13%) naqqsu s-sigħat tagħhom u 7% kellhom jieħdu xogħol inqas ikkwalifikat.

Carers UK qed tagħmel sejħa għal riforma urġenti fil-finanzjament tal-kura soċjali, miżuri biex jistimulaw ġenerazzjoni ġdida ta’ servizzi tal-kura affordabbli, użu effettiv ta’ teknoloġija sabiex familji jiġu mgħejjuna jiddestreġġaw ix-xogħol mar-responsabiltajiet ta’ kura u pariri u tagħrif sabiex jiġi żgurat li l-familji jistgħu jaċċessaw l-appoġġ.

 

Ir-rapport sħiħ – Sandwich Caring – jista’ jitneżżel minn hawn downloaded here (in English).

Hawn isfel tista’ ssib links utli li jistgħu jgħinuk tifhem l-għoti tal-kura u kif tiġġestixxi l-istress:

Permess ġentili minn

CARERS UK – The voice of carers.Żur is-sit...