Attwalment hemm madwar tliet miljun carers jaħdmu fir-Renju Unit. Għandu mnejn jinħass li qed tiddestreġġa bejn żewġ xogħlijiet meta tkun qed iżżomm impjieg imħallas u tforni l-kura lil ħabib jew qarib, imma x-xogħol jista’ jkun importanti għal benesseri tiegħek, id-dħul u biex iżżomm il-kuntatti soċjali. Hemm affarijiet li tista’ tagħmel biex tlaħħaq mal-pressjonijiet ta’ xogħol u kura.Aqra aktar
Susan tibda l-jum tagħha fil-5 a.m sabiex ikollha ftit mumenti waħedha biex tikteb fuq il-ġurnal tagħha. Imbagħad, tibda: Tlesti ruħha għax xogħol, tqajjem lil ommha, tistenna l-aide tas-saħħa d-dar, taġġorna l-aide dwar il-lejl ta’ qabel, tiċċekkja mar-raġel tagħha dwar liema qadjiet iridu jagħmlu kull wieħed minnhom f’nofsinhar, u finalment titlaq fis-7 a.m.Aqra aktar
Ftakar li l-impjegaturi japprezzaw membri tal-personel li jkunu kapaċi, bl-esperjenza u impenjati u jkunu ħerqana li jżommuhom. Min iħaddmek jista’ jkun kapaċi jgħinek f’modi li inti ma kkunsidrajtx. Tkellem magħhom dwar is-sitwazzjoni tiegħek jew permezz tal-uffiċjal tar-Riżorsi Umani/personel tiegħek jew ir-rappreżentant tal-junjin jew tal-assoċjazzjoni tal-personel…Aqra aktar
Jekk tlaqt mix-xogħol (jew ma ħdimt xejn) minħabba r-responsabiltajiet tiegħek biex tagħti l-kura għandu mnejn tkun trid taħdem jew tirritorna għax-xogħol ġaladarba jintemm ir-rwol kuranti tiegħek, jew inkella tista’ tiddeċiedi li tikkombina l-kura max-xogħol.Aqra aktar
Il-benefiċċju disponibbli huwa dak stipulat taħt ir-Regolament tal-Leave Urġenti tal-Familja, (Avviz Legali 296 tal-2003, kif emendat mill-Avviz Legali 427 tal-2007) li tagħti permess lill-impjegati total minimu ta’ ħmistax-il siegħa bi ħlas fis-sena bħala żmien frank mix-xogħol għal raġunijiet urġenti fil-familja…Aqra aktar
M’hemmx benefiċċji oħrajn li huma disponibbli fis-settur privat, ħlief xi possibilità inkluża fl-ftehim kollettiv. It-Telework National Standard Order (Avviż legali 213 ta’ 2008) tirregolarizza d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegati li jaħdmu bit-telework; madanakollu, m’hemmx obligazzjoni għal min iħaddem li jagħtu permess lill-impjegati li jaħdmu bit-telework meta jiġi mitlub.Aqra aktar