Il-benefiċċju disponibbli huwa dak stipulat taħt ir-Regolament tal-Leave Urġenti tal-Familja, (Avviz Legali 296 tal-2003, kif emendat mill-Avviz Legali 427 tal-2007) li tagħti permess lill-impjegati total minimu ta’ ħmistax-il siegħa bi ħlas fis-sena bħala żmien frank mix-xogħol għal raġunijiet urġenti fil-familja. Għal dan ir-regolament, “familja fil-qrib” ‘tfisser ir-raġel, il-mara, u tfal miżżewġa u mhumiex, kif ukoll qraba tal-familja sa l-ewwel grad ta parentela, u kemm jekk ikunu joqgħodu fl-istess dar kemm jekk le, u persuni li jkollhom kustodja legali ta’ tifel jew tifla’. Tidher li l-carer ta’ ġenituri anzjani jistġhu jużaw dan il-benefiċċju, għalkemm il-formolazzjoni li tintuza fir-regolament, tissuġġerixxi li tirreferi għal ġenituri li jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom.

 

Kundizzjonijiet aħjar jingħataw lil Uffiċjali Pubbliċi taħt il-Kodiċi Maniġerjali tas-Servizz pubbliku. Benefiċċji oħra jinkludu l-entitolament tal-Leave Urġenti tal-Familja; kif ukoll entitolament għall-Leave ta’ Responsabbilità, kif ukoll Leave għal ‘Raġunijiet Speċjali.’

 

Leave ta’ Responsabbilità

  1. Leave ta’ Responsabbilità jista’ jintuża minn uffiċjali pubbliċi sabiex jieħdu ħsieb tal-ġenituri anzjani tagħhom, tfal jew żwieġhom. Il-ġenitur jew ir-raġel/mara m’għandux ikollu persuna responsabbli joqgħod miegħu matul il-ġurnata. Il-ġenitur anzjan, tifel/tifla jew raġel/mara għandu jkunn iċċertifikat minn speċjalsit mediku li jirrikjedi l-kura. Jekk il-ġenituri t-tnejn għadhom ħajjin, għandhom ikunu ċċerifikati bħala dipendenti fuiq kura.
  2. Dan il-leave jista’ jintuża minn uffiċjali pubbliċi li għalqu sena (1) servizz. Dan ikun mingħajr ħlas u għandu jkun approvat għal żmien minimu ta’ tnax-il (12) xahar. Madanakollu, jekk ir-raġuni li għaliha ġie approvat il-leave ta’ Responsabbilità ma japplikax wara ftit, l-impjegat għandu jerġa jidħol għax-xogħol wara li jipprovdi notifika fi żmien xahar. Uffiċjali li jerġgħu jirrapurta għax-xogħol ma jitħallewx jerġgħu jieħdu l-leave ta’ Responsabbilità għall-istess raġuni speċifika, qabel jgħaddu tnax-il xahar (12); eċċezzjonijiet jingħataw f’ċirkustanzi speċjali.
  3. Leave ta’ Responsabbilità jiġi approvat mid-direttur tal-applikant, li għandu jirċievi l-applikazzjoni tal-leave mill-inqas xahar (1) qabel mid-data tal-bidu ta’ dan il-leave. L-uffi`jali huma mitluba jissottometu, flimkien mal-applikazzjoni, ċertifikat minn speċjalista mediku, fejn jiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-ġenitur anzjan dipendenti, tifel/tifla b’diżabilità, jew raġel/mara. Uffiċjali li kellhom l-applikazzjoni tagħhom irrifjutata jistgħu jappellaw permezz tad-direttur tagħħhom għal konsiderazzjoni mill-ogħla awtorità ta’ wara d-direttur, li jibda investigazzjoni tal-każ, u wara konsultazzjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati, tittieħed deċiżjoni fuq jekk l-applikazzjoni hux ser tiġi aċċettata jew le. Id-deċiżjoni tal-awtorità imsemmija tkun dik finali. Filwaqt li l-appell ikun qed jiġi kkundsidrat, l-applikanti jistgħu jużaw il-leave tal-vaganzi tagħhom jew leave speċjali bla ħlas, kif referut fil-paragrafi 4.8.3 u 5.3.6 għall-finijiet tal-mistoqsija.
  4. Il-perijodu tal-leave bla ħlas li jingħata bħala Leave ta’ Responsabbilità għandu jingħata għal perijodi ta mhux inqas u mhux aktar minn sena (1) kull darba. Dawk l-uffiċjali li jixtiequ jġeddu l-leave għandhom japplikaw xahar (1) qabel id-data ta’ tiġdid. F’każi li jirrikjedu kura ta’ tfal, dan il-leave mingħajr ħlas jista’ jintuża mill-missier jew mill-omm u jista’ jkun maqsum bl-istess metodu ta’ kif jinqasal il-parental leave, u bil-kundizzjoni li flimkien, ma jiskorrux il-limitu preskritt u li ma jieħdux Leave ta’ Responsabbilità fl-istess żmien. Jekk il—ġenituri t-tnejn għandhom il-ħsieb li jagħmlu użu mil- Leave ta’ Responsabbilità, il-leave ta’ kull ġenitu għandu jittieħed f’perijodu wieħed.
  5. Leave ta’ Responsabbilità għandu jintuża għar-raġuni li ġie awtorizzat, u uffiċjali li jabbużaw minn din il-konċessjoni, l-approvazzjoni tiġi rtirata minnufih, u jistgħu jkunu responsabbli għal azzjoni dixxiplinarja.

 

Talbiet għall-adozzjoni ta’ miżuri favur il-familja għandhom jiġu ffaċilitati mid-drietturi rispettivi, madanakollu, dejjem jiġi kkunsidrat l-eżigenza tas-servizz.
Qabel tkun deċiża t-talba, id-direttur jiddiskuti t-talba mal-impjegat.
Meta t-talba ta’ miżuri favur il-familja ma tkunx tista’ sseħħ, id-direttur jagħtui raġuni tar-rifjut bil-kitba. L-impjegat jista’ jappella lis-Segretarju Permanenti li jinvestiga l-każ u jara jistax joffri soluzzjoni oħra. Soluzzjoni tista’ titlob, e.ż. ridistribuzzjoni tax-xogħol u bdil tal-istaff. Id-deċiżjoni li tkun meħuda mis-Segretarju Permanenti tkun dik finali.

 

Miżuri favur il-familja huma maħsuba biex jipprovdu l-Uffiċjali Pubbliċi b’iktar possibilita’ li jqattgħu ħin biex jieħdu ħsieb lill-familja tagħhom. Għal din ir-raġuni, uffiċjali li jibbenefikaw minn dawn il-miżuri favur il-familja ma jistgħux ikunu ngaġġati f’xogħol privat jew xogħol ma organizazzjonijiet volontarji, jistgħu jingħataw, fejn possibbli, xogħol mal-gvern, fuq rakkomandazzjonijiet tas-Segretarju Permanenti kkoncernat.

Leave għal Raġunijiet Speċjali

 

Uffiċjali li għandhom mill-inqas sitt xhur servizz jistgħu jagħmlu użu ta’ massimu ta’ 30 ġurnata leave speċjali għal kull tip ta’ raġuni favur il-familja, fuq perijodu ta sitt xhur.

 

Uffiċjali pubbliċi huma entitolati biex japplikaw għal xogħol fuq sigħat imnaqqsa biex jieħdu ħsieb il-familjari anzjani tagħhom:

Xogħol fuq Sigħat Imnaqqsa

 

  1. Eliġibilità:  Uffiċjali Pubbliċi li ilhom iservu għal mill-inqas sena jistgħu jingħataw permess biex jaħdmu fuq orarju mnaqqas b’eċċezzjoni tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
  2. Awtorità ta’ Approvazzjoni:

Talbiet minn impjegati eliġibbli biex jaħdmu fuq orarju mnaqqas huma sottomessi lid-diretturi/superjuri relevanti għall-approvazzjoni li normalment tingħata lil:

 

(a)  Huma fil-perijodu ta’ leave bla ħlasjew minn impjegati li, kieku applikaw, ġew entitolati għall-leave tal-ġenituri. Sigħat imnaqqsa jiġu applikati sakemm l-iben/il-bint jagħlaq/tagħlaq sittax-il sena;

(b)  Huma fil-perijodu ta’ leave ta’ Responsabbilità, jew kieku applikaw, ġew entitolati għal-leave ta’ Responsabbilità; u

(c)   Jipproduċu ċertifikat ta’ speċjalista mediku li għal raġuni medika jew raġuni umanitarja jew familjari serja, ma jistgħux jattendu għad-dmirijiet tagħhom fuq bażi full-time.

 

Impjegati fuq leave tal-ġenituri jew ta’ Responsabbilità għandhom permess li jissospendu l-leave bla ħlas u jirritornaw għax-xogħol fuq sigħat imnaqqsa, sakemm japplikaw, mill-inqas xahar qabel ma jissospendu l-leave bla ħlas.

 

Informazzjoni, regolazzjonijiet fuq tipi oħra ta’ carers jeżistu, pero mhux fuq dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani. Ikun ta’ benefiċċju kbir li dan jinġieb għall-attenzjoni tal-Gvern Malti sabiex jiġu rregolati u jipproteġu nies li għandhom din it-tip ta’ professjoni.

 

Ix-xenarju idejali jkun dak simili għal li hemm fir-Renju Unit, fejn hemm leġiżlazzjoni vasta li tirregola u tipproteġi persuni li huma carers tal-anzjani. Aħna nemmnu li hu ta importanza kbira għall-gvern li jippromulga dawn il-leġiżlazzjonijiet sabiex dan il-proċeduri jimxu mingħajr xkiel u b’mod tassew professjonali.