Jekk tlaqt mix-xogħol (jew ma ħdimt xejn) minħabba r-responsabiltajiet tiegħek biex tagħti l-kura għandu mnejn tkun trid taħdem jew tirritorna għax-xogħol ġaladarba jintemm ir-rwol kuranti tiegħek, jew inkella tista’ tiddeċiedi li tikkombina l-kura max-xogħol.

 

Għaraf il-ħiliet

Jekk m’intix żgur x’tixtieq tagħmel, ibda billi tirrikonoxxi l-ħiliet u l-interessi li għandek. Aħseb dwar dak kollu li tgħallimt minn:

  • kull xogħol imħallas li għamilt
  • kompiti u responsabiltajiet involuti fir-rwol tiegħek bħala carer, ġenitur u li tmexxi d-dar
  • kull attività oħra li tista’ tagħmel, pereżempju xogħol volontarju, kumitati eċċ

Imbagħad identifika l-interessi tiegħek; aħseb dwar:

  • dak li tieħu pjaċir tagħmel
  • kif tixtieq tuża l-ħiliet tiegħek
  • affarijiet li kont tagħmel u timmissjhom, eż xogħol ta’ qabel

Għandu mnejn tħoss li teħtieġ tikseb aktar kunfidenza sabiex tuża l-ħiliet tiegħek f’modi ġodda. Hemm korsijiet ta’ taħriġ disponibbli fuq temi bħal biex tibni l-kunfidenza, taħriġ tal-mod kif wieħed jasserixxi ruħu u l-ġestjoni tal‑istress.

Aħseb dwar dak li jrid min jimpjega jew iħaddem u vvalorizza l-esperjenza tiegħek. Identifika l-ħiliet trasferibbli li ksibt permezz tal-kura u abbina dawn mal-ħtiġijiet ta’ min iħaddem. Ħiliet li għandek mnejn żviluppajt jinkludu:

  • kif tiġġestixxi baġit
  • il-ġestjoni tal-ħin
  • l-ippjannar u s-soluzzjonijiet tal-problemi
  • it-tqegħid ta’ prijoritajiet, organizzazzjoni u negozjar.

Aħseb dwar għanijiet fuq perijodu ta’ żmien qasir u twil u agħmel pjan dwar dak li tixtieq tagħmel. Kun żgur li l‑pjan jista’ jintlaħaq – inkludi l-stadji ż-żgħar kif ukoll l-għanijiet fuq perijodu ta’ żmien twil. Ġaladarba tkun taf x’għandek tagmel, tista’ tfittex għall-appoġġ xieraq li għandek bżonn għalik.

Permess ġentili minn

CARERS UK – The voice of carers.Żur is-sit...