Jekk m’aħniex aħna nfusna qegħdin nieħdu ħsieb ta’ xi ħadd, wisq probabbli nafu lil xi ħadd (qarib tagħna, ħabib, jew kolleġa) li ħa fuqu nnifsu  r-responsibilita  li jieħu ħsieb ta’ xi persuna dipendenti, bħal xi ġenitur anzjan. L-esperjenza li wieħed jieħu ħsieb ta’ xi persuna fil-bżonn mingħajr ħlas, jew ma jippretendi xi ħlas lura, hija waħda li tipprovdi sfida kbira. Tiġri kuljum f’tuzzani ta’ djar fl-imkejjen tal-qrib, u f’mijiet ta’ eluf madwar pajjizek. Fil-fatt, madwar mija u ħamsa u għoxrin (125) miljun persuna fl-Ewropa jipprovdu kura lil jew jieħdu ħsieb ta’nies anzjani jew membri tal-familja li għandhom diżabilita (Anderson u kollegi, 2009: rapport bl-Ingliz) u, inti tassew taħseb li ebda minn dawn m’huma qegħdin jaħdmu fin-neġozju tiegħek? Dawn huma  “carers” li jissejhu informali, jiġifieri li ma jitħallsux biex jieħdu ħsieb ta’ xi qarib tagħhom jew ta’ xi ħabib – Fuq dawn qed ngħidu. Li tieħu ħsieb persuna anzjana tinħtieg tip ta’ attenzjoni  ferm differenti minn dik oħra, bħal per eżempju dik li nsibu fil-qasam tat-tfal. Li wieħed jieħu ħsieb persuni anzjani tfisser:

Trid tkun lest li kontra xi twemmin li is-sitwazjonijiet jistgħu ikunu ta’ żmien qasir u sporadiċi, dawn jistgħu jieħdu żmien twil ġmielu.

 

Li tidħol fir-rwol ta’ “carer”  ma hiex għażla personali- ma għandhiex xi ngħidu tkun trid tgħin lil persuna maħbuba iżda dan jiddependi fuq il-gravita tas-sitwazjoni.

 

L-aktar sitwazjonijiet komuni huma dawk li tieħu ħsieb xi persuna anzjana, jew waħda b’ diżabilita, jew il-partner tiegħek li jkun marid jew marida jew xi membru tal-familja b’diżabilita;

 

Li tkun qiegħed tieħu ħsieb lil xi ħadd fi bżonn kbir hija parti mill-ħajja, u li mingħajr l-għajnuna essenzjali, l-qagħda finanzjarja tiegħek tibda tmur lura minħabba l-fatt li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar issib li trid minn servizzi oħrajn;

Jekk m’ intix qiegħed tieħu ħsieb lil xi ħadd fil-preżent jew qatt ma kellek din l-esperjenza s’issa, ibqa’ ċert li se tidħol f’ dan ir-rwol xi żmien aktar l’ quddiem.

 

Fil-paġni li ġejjin ser issib siti elettroniċi fejn juru xi qari jew riċerka li tgħinek taħseb u tirrifletti dwar il-pożizzjoni tiegħek, bħala Mgħallem tan-negozju tiegħek, u kif int tista tkun ta għajnuna mal-ħaddiema impjegati miegħek, ta kif jistgħu jikkombinaw xogħolhom mar-responsibilitajiet personali tagħhom.