SOS-Malta ġiet imwaqqaf fl- 1991 bl-iskop li tgħin dawk in-nies li jkun għaddejjin min esperjenzi ta krisi, billi tassisti u tagħti s-setgħa lil dak li jkun, billi tipprovdi opportunitajiet u sapport f’servizzi. Din l-assoċjazzjoni taħdem flimkien ma’ organizzazzjonijiet kemm lokali u internazzjonali, biex gruppi soċjalment żvantaġġat, itejjebu l-qualita’ tal-ħajja tagħhom. SOS Malta taħdem fuq erba’ pilastri:

  • Volontarjat
  • Żvillupp barra mill-pajjiż
  • Integrazzjoni Soċjali
  • Riċerka u Taħriġ

Partikolarment SOS Malta hi sostenitur fl-introduzzjoni u implementazzjoni tal-miżuri lokali bl-iskop ta integrazzjoni u inkluzjoni soċjali għal ‘third country nationals’ fis-soċjeta Maltija.